Fl-antik il-flus tad-dota kienu importanti ħafna fiż-żwieġ; is-sbuħija tal-mara ma kenitx biżżejjed.
kategorija
il-familja
Inbid ġewwa, irqad barra.
Meta tixrob u tisker, aħjar tiġi f’sensik qabel ma tmur lura d-dar.
Il-faqar iġib l-ulied fil-għaqar.
Min hu fqir ikompli jiftaqar. Għaqar tfisser miżerja.
Barrani jgħallik, ġewwieni jixwik.
Aktar faċli taħfer lil xi ħadd tal-familja minn xi ħadd barrani.
Bejta li tgħajjex fiha dellilha u sewwiha.
Dejjem għandek tieħu ħsieb darek.
Bħal min tisilfu, min iżżiegħel bih titilfu.
Meta żżiegħel wisq bit-tfal titlifhom, bħal meta tislef oġġett.
Biex l-imdanna toqgħod mal-kenna d-dar trid tkun ġenna.
Il-kunjata (l-imdanna) u l-kenna (mart binha) ma jinħamlux.
Bin it-tifla tilqgħu f’ħiġrek u bin it-tifel tagħtih b’riġlek.
Xi nanniet juru preferenzi bejn in-neputijiet.
Borom żgħar għandhom widnejn kbar.
Dak kollu li t-tfal jisimgħu jmorru jgħiduh.
Ħobż il-fqir gerbubi u trid tiġri biex tilħqu.
Min ma jaqlax biżżejjed flus diffiċli jgħajjex il-familja. Gerbubi tfisser tond.
Dar bla mara ma fihiex x’tara.
Il-mara żżomm id-dar fuq saqajha.
Dar bla raġel niexfa bħat-taġen.
Dar mingħajr ir-raġel mhix kompluta.
Għal ħafna subien lesti l-bsaten u t-tmien, għal ħafna bniet lesti ċ-ċraret u l-biċċiet.
Dari s-subien biss kellhom opportunità għal karriera, il-bniet kienu jagħmlu biss ix-xogħol tad-dar. Tmien huma kpiepel.
Fejn jieklu erbgħa jieklu ħamsa.
Meta tkun familja kbira, l-ikel ikun ħafna u jista’ jiekol anke wieħed ieħor.
Fiċ-ċokon ajma rasi u fil-kobor ajma qalbi.
It-tfal iweġġgħulek rasek meta jkunu żgħar u jweġġgħulek qalbek meta jkunu kbar.
Fil-ħarifa l-mara timla l-qaleb bil-ġbejna u tħawwad il-brejma bin-nejna.
Il-mara tad-dar għandha ħafna xogħol kemm fid-dar kif ukoll fit-trobbija tat-tfal. Il-brejma tirreferi għal skutella u n-nejna hija kelma tat-tfal għal ikel.
Fost l-aħwa min bil-palju u min ikarkar ix-xatba.
L-aħwa kollha għandhom karattru differenti u kollha jsibu triq differenti.
Fuq il-binnija tidden is-sriedeq; kulma tagħmel turix lil uliedek.
L-affarijiet u l-kwistjonijiet ta’ bejn il-ġenituri m’għandhomx isiru jafu bihom it-tfal. Il-binnija hija bejta tat-tiġieġa.
Ġaħan beda minn qrabatu.
L-ewwel tagħlim dwar x’inhu tajjeb u ħażin mid-dar tieħdu.
Ħadd ma jara isbaħ minn uliedu.
Il-ġenituri dejjem jaħsbu li wliedhom huma aħjar minn ta’ ħaddieħor.
Ħwejjeġ maħmuġin taħsilhomx barra.
Il-ħażin li jiġri d-dar tmurx tgħidu lil ħaddieħor.
Inkella r-roqba, inkella l-ħobża.
Fil-passat ċerti xogħlijiet kienu riskjużi, bħal pereżempju xogħol il-baħħara, imma xorta kellu jsir biex taqla’ x’tiekol u tgħajjex lill-familja. Ir-roqba tfisser l-għonq.
Id-dar taħbi l-għawar.
Il-ħażin li jiġri d-dar tmurx tgħidu lil ħaddieħor. Għawar tfisser difetti.
Kull wild hu għaġbu.
Kulħadd għandu l-karattru tiegħu, kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell ta’ familja.
Id-demm qatt ma jsir semm.
Minkejja li ma’ tal-familja mhux dejjem immorru tajjeb, xorta naqbżu għalihom ma’ ħaddieħor. Semm huwa velenu.
Il-barrani jaħlik imma l-ġewwieni jisbik.
Il-barranin jeħdulek saħħtek imma tal-familja jeħduhielek ħafna iżjed għax tħossok obbligat. Jisbik tfisser iġibek skjav.
Il-barrani jixwik u jieklok, ta’ ġewwa jixwik u ma jiklokx.
Tal-familja ma jaslux jagħmlulek il-ħsara li jaslu jagħmlulek il-barranin.
Il-beċċun qatt ma żaqq lil ommu.
Ir-rwol tal-ġenituri huwa li jieħdu ħsieb it-tfal.
Il-borma taqlibha għal fommha, il-bint tixbah lil ommha.
L-omm għandha influwenza kbira fuq il-iżvilupp tal-karattru ta’ bintha.
Is-sieqja tajba iżda l-bir miksur.
Il-ġenituri, speċjalment dawk stabene, jafdaw wisq flus f’idejn uliedhom u jonfquhom bl-addoċċ, bħal bir li ma jżommx ilma.
Il-bosk ħatbu jaħarqu.
Dawk l-aktar qrib tiegħek (qraba u ħbieb) jistgħu jagħmlulek l-iżjed ħsara.
Il-familja dejjem trid.
Biex trabbi familja spejjeż kbar.
Il-fsied iħassar l-ulied.
Il-fsied ma jagħmilx ġid għall-iżvilupp tal-karattru tat-tfal.
Il-fula bint il-miżwed u r-razza tiġbed.
L-ulied dejjem joħorġu jixbhu lill-ġenituri tagħhom, kemm mid-dehra kif ukoll mill-karattru.
Il-ġewwieni jaħlik u l-barrani jisbik.

Il-ħela u x-xorb ifaqqru d-dar.
Min jaħli u jonfoq il-flus fix-xorb ikun qiegħed ipoġġi l-familja f’qagħda skomda.
Il-ħwejjeġ maħmuġin jinħaslu d-dar.

Il-karba tal-ħlas iġġiblek in-ngħas.
L-uġigħ tal-ħlas tant huwa kbir, li l-karba tal-omm tħossha ġo qalbek.
Il-karità l-ewwel id-dar.
Għandek l-ewwel turi mħabba u rispett lil tal-familja, qabel turihom lill-barranin.
Il-kokka lil uliedha tara l-isbaħ.
Il-ġenituri dejjem jaraw lil uliedhom bħala aħjar u isbaħ minn ulied ħaddieħor.
Il-labra fiha l-ġabra.
Dari min kien jaf iħit kellu xorti, għax kien ilibbes il-familja mingħajr ma jonfoq ħafna flus.
Il-logħob tal-idejn u t-teptip tal-għajnejn jinsabu f’ulied il-fsied u l-hejm.

Il-ħbieb u l-qraba jidhru fil-waqt.
Il-ħbieb ta’ veru u l-qraba li jimpurtahom minnek issibhom meta jkollok bżonnhom.
Il-muluda stabret u l-qabla ħterqet.
Kollox ta’ taħt fuq, bħall-omm li qed tiled (= il-muluda) li minflok tgħajjat bl-uġigħ tikkalma u l-qabla (= il-majjistra) li minflok iżżomm il-kalma taqbad tistressja (= ħterqet).
Il-musrana barranija fiż-żaqq tidħol milwija.
Ta’ ġewwa juruk iżjed rispett mill-barranin.
Il-qabla tgħajjat u l-muluda siekta.
Kollox ta’ taħt fuq, bħall-omm li qed tiled (= il-muluda) li minflok tgħajjat bl-uġigħ tibqa’ siekta u l-qabla (= il-majjistra) li minflok iżżomm il-kalma taqbad tgħajjat.
Il-qamar mimli imma le jsellimli.
Meta l-mara ma tarax demm mestruwali, dan huwa sinjal li rnexxielha tinqabad tqila. Il-qamar mimli jirreferi għall-fatt li jkun għadda xahar.
Il-qmis eqreb miċ-ċeppun.
Għandek tgħin lil qrabatek qabel ma tgħin lill-barranin. Ċeppun tip ta’ sidrija, li tintlibes fuq il-qmis.
Il-qroqqa tiġborhom il-flieles.
L-omm responsabbli minn uliedha, bħall-qroqqa li tieħu ħsieb il-flieles.
Dar ta’ ksir il-għonq tħarisx lejha.
Tiżżewwiġx lil min għandu l-inkwiet fil-familja.
Il-qurdien fi xfar għajnejn ommu jidher għażżiel.

Imsejkna dik it-tajra li tfaqqas f’bejta ħażina.
Min jitwieled f’ambjent familjari ħażin ikollu xortih ħażina.
In-nemla mara bieżla u n-naħla raġel għaqli.
Jekk il-mara tkun bieżla daqs nemla u r-raġel ikun għaqli daqs naħla, il-familja tkampa sew.
Ir-rokon tad-dar ma jagħmlux għar.
Il-mara tad-dar m’għandhiex għalfejn tħossha inqas minn ħaddieħor, għaliex xorta xogħol tagħmel. Għar tfisser diżunur.
Is-sawt ħareġ mill-ġenna u min iduqu jithenna.
Dari s-swat kien jitqies metodu ta’ dixxiplina li jsaħħaħ il-karattru tat-tfal. Sawt huwa kastig.
Issemmi kemm issemmi dejjem ismek ittenni.
It-tfal tagħtihom ismijiet differenti iżda kollha kunjomok jieħdu.
Is-slejjef jisiltu s-swejjef.
Fil-familji jaf jinħoloq ġlied kbir. Slejjef huwa l-plural ta’ silf, jiġifieri r-raġel t’oħt il-mara. Swejjef huwa l-plural ta’ sejf.
L-akbar ġlieda ta’ bejn l-aħwa.
L-aħwa jkunu jafu lil xulxin sew u l-ġlied ikun ikbar.
Is-subien jaħsbu fix-xwieni u l-bniet jaħsbu fil-ġejjieni.
Dari s-subien kienu jfittxu xogħol fuq il-baħar, mentri l-bniet kienu jaħsbu biex ikollhom familja.
It-tifel jixbah lil missieru.
L-ulied dejjem joħorġu jixbhu lill-ġenituri tagħhom.
It-twissija tal-omm tibqa’ tinfirex bil-fomm.
Il-pariri tal-ġenituri jibqgħu jgħoddu bejn il-ġenerazzjonijiet, għax ħadd ma jixtiqilna ġid daqshom.
Min iħalli leħitu f’idejn it-tfal inittfuhielu.
Min ikun wisq twajjeb ma’ wliedu, jagħmlu li jridu bih.
Iż-żaqq bil-ħobż timtela.
Il-familja titmagħha bil-ħobż u l-ikel tajjeb, għalhekk jeħtieġ li tkun bil-għaqal u ma tberbaqx flusek.
Iż-żgħar ħobż u xuwa, il-kbar ħobż u duwa.
Meta jkollok it-tfal, ikollok isseffaq wiċċek mal-problemi tagħhom ħajtek kollha. Xuwa hija xi ħaġa pjaċevoli u duwa hija mediċina.
Iż-żgħir kulma jagħmel jintgħoġob.
L-iżgħar membru tal-familja dejjem jiggustawh u jfissduh.
Is-snin bħall-aħwa, ma jixxibhux.
M’hemmx sena bħall-oħra, il-ħajja dejjem toffrilna l-ġdid.
Jekk il-qamar tħuf, issaħħan il-ġuf.
Dari kienu jemmnu li jekk mara timxi fid-dawl tal-qamar issir iżjed fertili.
Jekk it-tfal tagħtihom il-lala, jitilgħu fuq rasek.
It-tfal jagħmlu li jridu bik jekk ma żżommilhomx ir-riedni.
Jekk l-omm tkun żimlija, il-bint tkun imdorrija.
L-omm tinfluwenza ħafna lil bintha bl-eżempju li tagħti. Żimlija tfisser li tipprostitwixxi ruħha.
Mejda tajba, testment ħażin.
Min jonfoq il-flus li jkollu, lill-werrieta tiegħu ma tantx iħallilhom.
Kelli wieħed, kelli tnejn, bla tbatija ma ġibt xejn.
It-trobbija tat-tfal dejjem diffiċli, ikollok kemm ikollok.
Meta l-missier jagħmel Karnival, l-ulied jagħmlu r-Randan.
Meta l-missier ma jkunx bil-għaqal fil-flus, tbati l-familja kollha.
Minn tifla joħorġu żewġt iħtien.
Ilqatt żewġ affarijiet f’daqqa. Ħtien huwa l-plural ta’ ħaten (ħu martek).
Kull andar għandu l-karfa tiegħu.
Kull familja għandha xi membru li jwaqqgħalha wiċċha l-art. L-andar huwa l-qiegħa għad-dris u l-karfa tkun bla valur.
Kull dar fiha l-imrar.
F’kull familja ssib il-problemi.
Għaref f’raħlu mhux mismugħ, jitkellmu warajh biex imaqdruh.
Xi membri tal-familja ma jġibulekx rispett.
Kull min itewwem fil-ħelsien idewwem.
Il-ħlas ta’ mara li jkollha tewmin idum. Itewwem tfisser ikollu tewmin.
Kull razza għandha l-paljazza.
Kull familja għandha xi membru li jwaqqgħalha wiċċha l-art.
La mara u lanqas tfal, u la kera u lanqas dar.
Raġel li ma jiżżewwiġx ma jkollux inkwiet.
Min ma jitkellimx ommu qaħba.
Min jaf li għandu tort jew għandu x’jaħbi ma jgħid xejn biex ma jinkixifx.
La titlef ir-raġel ikollok tbakkar u tagħġen.
In-nisa romol kienu jbati ħafna fl-antik biex irabbu familja.
L-għedewwa tal-bniedem niesu.
Ikunu n-nies ta’ familtek stess li jħassrulek jew jaqtgħulek qalbek milli tilħaq l-għanijiet tiegħek.
Li l-imdanna tħobb il-kenna, kien l-infern jinbidel f’ġenna.

Li taqla’ għalik u li tfaddal għat-tfal.
Trid tkun lest biex lil uliedek tagħtihom għajnuna finanzjarja meta jiġu bżonnha. Fuq kollox, huma jirtuk wara mewtek.
Lil uliedek ħobbhom iżda turihomx.
Dari kienu jemmnu li jekk turi lit-tfal li tħobbhom, jagħmlu li jridu bik.
L-użu tal-fies jiswa biex titma’ u tlibbes in-nies.
Jeħtieġ taħdem u tistinka għall-ġid tal-familja.
Loqma għalenija tiswa mija.
L-għaqda u l-paċi fid-dar huma ta’ preġju kbir. Għalenija tfisser flimkien, magħqudin.
Karta bil-ġmied iġġib il-ġlied.
It-testment (= karta bil-ġmied) dejjem joħloq ħafna problemi bejn il-werrieta.
Meta l-qalziet tal-missier jiġi lill-iben, il-missier jista’ jmur jindifen.
Meta jikbru t-tfal, il-ġenituri ma jibqgħux ikollhom awtorità fuqhom.
M’hemmx għedewwa eqqel minn ta’ ġewwa.

Mhux fejn kull dwejra ssib siġra tal-ħummejra.
Mhux kull familja għandha l-paċi u l-hena. Ħummejra hija petunja (Petunia axillaris).
Min għandu l-bniet jistħi jkollu l-klieb.
Il-bniet jitilfu rashom wara xi ġuvni u jinsew lil missierhom; wara kollox, il-klieb ikunu iżjed leali lejh minnhom!
Min għandu lil mart missieru, għandu demla fuq ilsienu.
Meta l-missier jiżżewweġ mara oħra, it-tfal ma jmorrux tajjeb magħha.
Meta ssir ir-rabta taż-żwieġ, l-omm taħseb għal dak li hu meħtieġ.
Dari l-omm kien ikollha tibda taħseb għad-dota meta bintha tasal biex tiżżewweġ.
Min għandu l-ulied għandu l-hemm bil-wied.
Min ikollu t-tfal ikollu ħafna inkwiet.
Min għandu l-ulied għandu l-hena bil-wied.
Min ikollu t-tfal ikollu ħafna ferħ.
Meta tkun se tiżżewweġ, jekk ma tkunx miġnun, tiftakar li għad trid tbennen u tiġġennen.
Il-ħajja miżżewġa u t-trobbija tat-tfal jitolbu sagrifiċċji kbar.
Min ikollu tlieta ’l fuq jagħtu fil-buq.
Biex trabbi tlett itfal jew iżjed trid ħafna flus u enerġija.
Min jagħti ġidu f’ħajtu jaqla’ bil-mazza ta’ Kalabrajtu.
Min f’ħajtu jagħti ġidu kollu lil uliedu għandu jkun lest għal diżappunti kbar, għax uliedu jkunu ħadu li riedu u jinsewh.
Meta xebba għaż-żwieġ mixħuta, tixxabbat ma’ xi tuta biex biha tikseb f’butha.
Xebba li tkun tixtieq tiżżewweġ, jeħtieġ li taħdem biex taqla’ l-flus sabiex tgħajjex il-familja.
Min jieħu lil ommna jsir għammna.
Napprezzaw lil dak ir-raġel li jiżżewweġ (= jieħu) lil ommna armla u jsir missierna tar-rispett (= għammna), għax jgħinna fil-flus. Dari n-nisa romol kienu jbatu ħafna meta jormlu.
Min jitlef lil ommu jirbaħ l-għera, min jitlef lil missieru jirbaħ il-ġuħ.
Dari kienu jbatu d-dar u t-tfal meta tmut l-omm, u kienu jbati fil-flus meta jmut il-missier.
Min jitma f’ħutu la flus fil-kexxun u lanqas f’butu.
Min jafda wisq f’ħutu jispiċċa b’xejn għax kollox jeħdulu.
Min ma jaħżinx lil demmu jiġih hemm akbar minn hemmu.
Jekk ma ġġibx rispett lill-membri ta’ familtek (pereżempju billi tagħmel il-vistu meta jmutu), uliedek jieħdu l-eżempju u jagħmlu l-istess miegħek. Taħżen tfisser tagħmel il-vistu, f’dan il-każ.
Min ma jġibx rispett lil demmu jiġih hemm akbar minn hemmu.
Jekk ma ġġibx rispett lill-membri ta’ familtek, uliedek jieħdu l-eżempju u jagħmlu l-istess miegħek.
Min ikollu għalqa mal-baħar irid oħra r-raħal.
Dari l-bidwi kien isibha iktar bi tqila jasal sal-għalqa li tkun fejn il-baħar, u allura kien ikollu oħra aktar viċin ta’ daru biex jgħajjex il-familja biha.
Min ma jibżax għall-fergħa lanqas għas-siġra ma jibża’.
Min ma jagħtix kas tal-edukazzjoni ta’ wliedu, ma jagħtix kas tal-futur tagħhom.
Minħabba l-vava tithejjem il-mamma.
Ir-rikonoxximent ta’ xi ħaġa ħadu ħaddieħor flok min kien ħaqqu.
Musrana barranija tidħol fiż-żaqq milwija.
Ta’ ġewwa juruk iżjed rispett mill‑barranin.
Min irabbi l-klieb ma jkunx raġel tal-ħsieb.
Min irabbi l-klieb ma jkollux inkwiet, mhux bħal min irabbi t-tfal.
Nies ir-raġel taqlik fit-taġen.
Il-mara u l-membri tal-familja ta’ żewġha ma jmorrux tajjeb flimkien.
Nuqqas il-ġibda tal-ulied għall-missier u l-omm hi ingratitudni vili.
Ir-rispett lejn il-ġenituri minn uliedhom dejjem għandu jkun.
Omm ir-raġel moqlija fit-taġen.
Il-kunjata ma tinħamilx mill-mara ta’ binha.
Omm ir-raġel taqlik fit-taġen.
Il‑kunjata ma taħmilx lill‑mara ta’ binha.
Omm l-ulied taqfel u tagħlaq il-bieb.
Omm tajba ma tħallix lill-uliedha jiġru barra.
Ommok tħares lejn għajnejk u martek lejn idejk.
Ommok tinkwieta ġenwinament għalik u martek moħħha biss fi flusek.
Orqod kmieni, sakkar biebek u bakkar mill-għodu għal uliedek.
Jeħtieġ li l-ġenituri jorqdu kmieni u jbakkru għax-xogħol biex ikunu jistgħu jgħajxu l-familja.
Patata taħt il-ħamrija tagħmel id-dar mimlija.
Min jikkultiva l-patata fl-għalqa tiegħu, ikollu sew biex jgħajjex il-familja.
Qarib ma’ qarib bħall-fdewwex fil-ħalib.
Il-qraba dejjem jgħinu u jaqbżu għal xulxin, speċjalment meta xi ħadd barrani jipprova jagħmel xi ħsara.
Qatt tindaħal bejn il-qraba.
Tindaħalx fil-problemi ta’ bejn qrabatek.
Rabbi sewwa u ssib is-sewwa.
Jekk trabbi lil uliedek sew u tgħallimhom iġibu rispett, iġibulek rispett ’il quddiem meta jsiru adulti.
Risq fil-ħamiem, bini bla tmiem.
Superstizzjoni li jekk trabbi l-ħamiem f’darek iġiblek ir-risq fil-familja.
Risq u magħmudija, ġo kull kamra tidher dija.
Il-magħmudija ta’ tarbija ġġib ir-risq u l-ferħ fil-familja.
Skont il-qaddis ix-xemgħa.
L-imġiba tal-ġenituri tiġi riflessa f’uliedhom, għax l-influwenza tagħhom hija kbira.
Skont is-sbula ż-żara’, skont is-siġra l-fergħa.
L‑imġiba tal‑ġenituri tiġi riflessa f’uliedhom, għax l‑influwenza tagħhom hija kbira.
Skont is-siġra l-frott.

Skont iz-zokk il-fergħa.

Skont l-omm l-ulied.
L‑imġiba tal‑omm tiġi riflessa f’uliedha, għax l‑influwenza tagħha fuqhom hija kbira.
Taf x’qal Karabazza? “Min jagħtu ħwejġu f’ħajtu jtuh bil-mazza.”
Jekk tagħti dak kollu li għandek lil uliedek f’ħajtek minflok jirtuk wara mewtek, ma jkunux jafuhulek u jittrattawk ħażin.
Tarbija tikrik u tixtrik.
Meta titwieled tarbija fil-familja, teħodlok ħajtek: ikun hemm bżonn mhux biss ħafna ħin u enerġija, iżda wkoll flus.
Tfal li ma jobdux irġiel ħżiena jsiru.
It-tfal li ma jisimgħux mill-ġenituri tagħhom jitilgħu bla prinċipji u morali għax ma jkollhomx karattru sod.
Tgħaddix bi ħmar lil ħuk għax int l-iżjed qaribu.
Tmurx tgħid kontra qrabatek man-nies, għax inti mill-istess familja ġej u n-nies jassoċjawk magħha.
Tislifx iċ-ċavetta lil ħabibek għax ftit ftit jisraqlek lil għażiżek.
Tagħtix kunfidenzi żejda għax jirvinaw l-għaqda tal-familja. Għażiżek tfisser il-persuna li tkun tħobb.
Trobbija kollha bniet tgħajjat l-iġfien; trobbija kollha subien xogħol turbien.
Dari min kien ikollu bniet biss kien ikollu l-inkwiet għax meta jikbru jiġbdu l-attenzjoni tal-baħrin, u min kien ikollu subien biss kien ikollu inkwiet mod ieħor biex ma jagħlmlux bluhat.
Uliedek żoqqhom u ħaddimhom.
Il-ġenituri għandhom jieħdu ħsieb ta’ wliedhom, iżda għandhom ukoll id-dmir li ma jħalluhomx jitgħażżnu.
Wara ħlas tajjeb it-tieni jkun ġa mgħajjeb.
Wara li jkollha l-ewwel tarbija, l-omm tibża’ inqas mill-uġigħ tal-ħlas meta tiled iżjed tfal għaliex tkun taf x’għandha tistenna. Mgħajjeb tfisser imtaffi.
Wieħed u tnejn mhuma xejn, tnejn u tlieta logħob u ħlieqa, imma tlieta ’l fuq jagħtu fil-buq.
Iktar kemm ikollok tfal, iżjed trid flus biex trabbihom. Ħlieqa tfisser ċajta.
kategorija
il-familja
Bil-ġmiel biss ma nimlewx żaqqna.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.