Dari s-subien biss kellhom opportunità għal karriera, il-bniet kienu jagħmlu biss ix-xogħol tad-dar. Tmien huma kpiepel.
Kategorija: ir-raġel
Għaġin u torti u nbid bil-kwarti, u aħjar żaqqi minn żaqq marti.
Ċerti rġiel moħħhom biex jixxalaw u jiddevertu u lil marthom jinsewha.
Ġisem bla suf ma jkabbarx ġuf.
Raġel għandu jkun f’saħħtu biex jagħmel it-tfal.
Darba l-għadma ta’ raġel mejjet resqet mal-għadma ta’ mara mejta.
Il-ġibda sesswali hija parti min-natura tal-bniedem.
Dar bla raġel niexfa bħat-taġen.
Dar mingħajr ir-raġel mhix kompluta.
Billejl in-nisa kollha xorta.
Fid-dlam il-pjaċir sesswali kollu l-istess.
Bewsa tan-nanna ħelwa manna, bewsa ta’ missier iżżommok ilsir.
Il-missier dejjem iġib sudizzjoni mill-membri l-oħrajn tal-familja.
Bewsa ta’ żewġek xħin tiftakar fiha terġa’ tmewġek.
Il-bewsa tal-mara jew ir-raġel tiegħek tqanqlek.
Armla ta’ tletin tfittex raġel bħall-għamjin, armla ta’ ħamsin tagħżel mill-qalbenin.
Armla li tkun għadha żagħżugħa toqgħod inqas attenta minn armla aktar imdaħħla fiż-żmien meta tfittex raġel ieħor.
Armel u mrabbab ma fiex xi ttellet.
In-nisa ma jkunux iridu rġiel romol li diġà jkollhom it-tfal.
Tifel, żagħżugħ jew xiħ, id-dinja xorta ddur għalih.
L-irġiel ħajjithom kollha iżjed liberi min-nisa.
Ir-raġel tiegħek sal-kantuniera.
Mara m’għandha qatt taqla’ għajnejha minn fuq żewġha.
Ir-raġel jiżra’ mtira u l-mara tagħmillu ftira.
Ir-raġel jaħdem fl-għalqa u martu ġġiblu x’jiekol. Mtira hija biċċa art.
Ir-raġel ġiebja u l-mara sieqja.
Ir-raġel jaħdem għall-flus u l-mara tberbaqhom.
Ir-raġel dejjem bandiera bajda.
Raġel dejjem jeħlisha eħfef minn mara meta jagħmel xi ħaġa ħażina.
Raġel miġnun, jgħammar sħun.
Raġel rasu sħuna jkollu tfal jixbhuh.
Raġel jaħlef u mara tibki temminhomx f’li jgħidulek.
M’għandekx temmen raġel li jaħlef u mara li tibki.
Raġel id-dar, xitan fuq xkaffa.
Raġel li joqgħod id-dar, joqgħod jindaħal lil martu.
Raġel id-dar, ħatba fin-nar.
Raġel li joqgħod id-dar, joqgħod jindaħal lil martu.
Raġel ħażin, u int eħżen minnu, tixtri ħobż u taħbilu minnu.
Trid tkun iżjed makakk mill-makkak biex tirbaħlu.
Raġel ħażin ibiddel qoxortu u aktar ħażin.
Raġel ħażin qatt ma jsir tajjeb, anzi jsir dejjem agħar.
Raġel ħalliel, mhux tifel sinċier.
Il-mewt tar-raġel, f’ħajjet martu tħalli vojt li l-imħabba u s-sinċerità ta’ wliedha ma jkunux kapaċi jimlew.
Raġel ħaddiem jiswa għal tnejn.
Raġel li kapaċi f’xogħlu jtella’ ħafna xogħol.
Raġel bla mistħija la żżommx miegħu.
Raġel diżonest warrbu.
Raġel bla ħila, ma jiswiex tebaq fwiedu.
Raġel li ma jkun kapaċi għal xejn, aħjar ma juri wiċċu mkien.
Raġel bla ħila, aħjar xejn minnu.
Raġel li ma jkun kapaċi għal xejn, aħjar ma juri wiċċu mkien.
Raġel bil-għaqal ma jdurx ma’ kull riħ.
Raġel għandu jkollu prinċipji.
Aħjar xiħ u għaref milli żagħżugħ u iblah.
Aħjar tiżżewweġ raġel matur b’esperjenza tal-ħajja minn wieħed għadu żagħżugħ u iblah.
Ir-raġel qalbu qaqoċċa; jagħti werqa lil kulħadd imma l-qalba jagħtiha lill-mara.
Il-mara dejjem għandha post speċjali f’qalb żewġha.
Raġel ma jitqiesx bix-xiber.
Il-kumplessità tal-karattru ta’ dak li jkun hija kbira ħafna.
Ir-raġel ma jinsiehx raġel għax miżżewweġ.
Iż-żwieġ ma jibdilx il-karattru tan-nies.
Raġel kif iddarrih, u t-tifel kif trabbih.
Il-mara trid iddarri r-raġel mod ieħor min kif kien jagħmel għand ommu, u t-tfal jikbru skont kif trabbihom.
Agħtini r-raġel mingħajr sħabu.
Mara tkun trid lir-raġel tagħha għaliha biss, ma tkunx tridu jkollu l-ħbieb jinfluwenzawh.
In-nisa qrieqeċ u l-irġiel mazzit.
L-irġiel ikollhom joqogħdu għal li jgħidu n-nisa tagħhom.
Aħjar id-duda f’tamla milli f’qalb ta’ armla.
Mara armla tibqa’ tħoss in-nuqqas ta’ żewġha ħafna wara mewtu.
Mara taħdem il-bizzilla, għal qrun ir-raġel ma tistax tiddwella.
Mara li tkun id-dar ma tkunx taf x’qed jagħmel ir-raġel meta jkun barra.
Mara ta’ sultan dejjem tispiċċa fi ħdan.
In-nisa ta’ min hu sinjur dejjem jaqgħu fit-tentazzjoni.
Mara sabiħa tal-għoxrin ġmielha jibqa’, u għal raġel issir seħer tal-ħamsin.
Mara tkompli tikber u tisbieħ bl-esperjenza tal-ħajja.
Mara ħobbha u turihiex, u milli jkollok tagħtihiex.
r-raġel għandu joqgħod lura milli jikkuntenta wisq lill-mara.
Mara għajnejha żoroq issaħħar it-toroq.
L-irġiel jiġġennu wara n-nisa b’għajnejhom blu.
Li s-self kien tajjeb kieku r-raġel jislef il-mara.
Qatt tislef dak li hu tiegħek.
Jekk ir-raġel jikxef karusu, il-mara tieħdu għal flusu.
Ir-raġel m’għandux juri lill-mara kemm għandu flus qabel jiżżewwiġha.
Ir-raġel kif iħossu, u l-mara kif turihom.
Tibqa’ żagħżugħ biss jekk iżżomm ruħek u jkollok perspettiva tajba tal-ħajja.
Il-mara u l-pinna ma jissellfux.
Mara waħda u raġel wieħed għandu jkollok.
Il-mara tilbes minn rasha u r-raġel minn saqajh.
Qawl inkejjuż: ir-raġel aqwa mill-mara!
Il-mara tħammar u r-raġel jgħammar.
Sakemm il-mara jibqa’ jkollha ċ-ċiklu mestruwali, tkun għadha fiċ-ċans li jkollha t-tfal.
Il-mara tgħabbi daqs bagħal, ir-raġel jimla daqs għar.
Sabiex il-mara jkollha x’tonfoq, ir-raġel irid ibati f’xogħlu.
Il-mara tas-sajjied tagħġen b’id waħda, tas-suldat ma tagħġen xejn.
Il-mara tas-suldat tbati iżjed fil-flus mill-mara tas-sajjied.
Il-mara tal-kaċċatur hi bħall-mara tal-furnar, bi driegħ wieħed.
Il-mara kemm tal-kaċċatur kif ukoll tal-furnar dejjem nieqsa mill-flus.
Il-mara tajba żżomm ir-raġel.
Mara tkun tajba skont kemm ikollha ħila żżomm lir-raġel fidil lejha.
Il-mara ta’ fqajjar qatt ma tmur tittajjar.
Mara li trid tieħu ħsieb familja fqira m’għandhiex ċans għall-frivolitajiet.
Il-mara sieqha wara.
Dari l-mara ma kenitx tingħata l-istess importanza tar-raġel.
Il-mara sewda r-raġel tagħmlu għuda.
In-nisa samranin dejjem iridu wisq mingħand ir-raġel. Sewda tfisser samranija.
Mara tibki temminhiex.
Il-mara tkun lesta tqarraq bir-raġel f’kull ħin.
Mara li tkellmek tidħaq, trid tqarraq bik; dik li tkellmek tibki, tkun qarrqet bik.
Il-mara tkun lesta tqarraq bir-raġel f’kull ħin.
Il-mara meta tidħaq trid tqarraq bik, u meta tibki tkun qarrqet bik.
Il-mara tkun lesta tqarraq bir-raġel f’kull ħin.
Ħu mara armla u mhux waħda ta’ żmien it-tamla.
Aħjar tieħu mara armla bil-problemi tagħha, minn mara li trid dejjem ir-raġun (tamla hekk tfisser).
Bir-raġel tiġieġa u bil-mara serduq, id-dar tinqaleb ta’ taħt fuq.
Jekk il-mara tmexxi lir-raġel fid-dar, kollox imur ħażin.
Aħjar mara ta’ baħri milli ta’ raġel jistad għall-kaħli.
Mara ta’ baħri kien ikollha iżjed xi troxx, peress li s-sajjied tal-kaħli mhux dejjem kien jaqbad ħafna ħut.
Il-mara dellha tqil.
Il-mara tinqabad mal-inqas ħaġa li tagħmel.
Il-mara b’sufha mbiegħed, ir-raġel tbiegħed.
Xagħar il-mara dejjem apprezzat mir-raġel. Sufha jfisser xagħarha.
Il-mara armla tqabbad ʼl uliedha jħufu fir-ramla.
Wara l-mewt tal-missier, il-familji kienu jbatu ħafna. Iħufu fis-sens ta’ jfittxu l-ikel.