Dari x-xebbiet tal-affari tagħhom ma kinux joħorġu waħedhom mid-dar, u dawk li kienu jagħmlu hekk (bħal pereżempju biex jiġbru l-kappar), kienu jitqiesu bħala sfrattati.
In-nisa laħam il-kelb.
In-nisa kattivi.
Xi wħud mill-qwiel b’rabta man-nisa u l-irġiel jagħtu perspettiva antikwata tar-rwoli tagħhom fis-soċjetà. Dawn għandhom jittieħdu fil-kuntest storiku tagħhom, u mhux bħala riflessjoni tal-valuri moderni.
Kategoriji: il-mara
Qwiel relatati
Il-mara hi bħal tuffieħa, minn ġewwa mherrija u minn barra sabiħa.
Mara sabiħa mhux bilfors ikollha karattru sabiħ.
Agħtini r-raġel mingħajr sħabu.
Mara tkun trid lir-raġel tagħha għaliha biss, ma tkunx tridu jkollu l-ħbieb jinfluwenzawh.
In-nisa xibka tax-xitan.
In-nisa kapaċi jqarrqu bik daqs ix-xitan.
Il-mara li tilbes imqaċċat, max-xitan għamlet rabta.
Mara tal-affari tagħha dejjem tilbes deċenti.
Il-mara li turiha, turik.
Il-mara timxi miegħek skont kif timxi magħha.
