qawl.mt

QWIEL MALTIN

il-mara u r-raġel

nota editorjali

Xi qwiel dwar in-nisa u l-irġiel jirriflettu l-mentalità u r-rwoli soċjali taż-żmien li fih inħolqu. Dawn għandhom jinqraw fil-kuntest storiku tagħhom, u mhux bħala riflessjoni tal-valuri tal-lum.

Il-ħafa jitfi ż-żina.

In-nisa li dari kienu jimxu ħafjin barra kienu jitilfu mis-sbuħija tagħhom. Żina (bl-aċċent fuq l-i) tfisser ġmiel.

Mara mfettħa, boxxla mbettħa.

Mara għandha tpoġġi bilqiegħda b’saqajha miġburin. Boxxla mbettħa tirreferi għall-bieb tal-antiporta, li jkun miftuħ.

Min iħammar jgħammar.

Mara li jkun għad għandha ċ-ċiklu mestruwali (= tħammar) tkun għadha fiċ-ċans li jkollha t-tfal.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.