qawl.mt

kategorija

il-mewt

Wiċċ is-sefqa ma jmutx imkemmex.

Min ma jistħix jagħmel wiċċu, jieħu li jrid fil-ħajja u ma jmur qatt minn taħt. Wiċċ is-sefqa tfisser li tagħmel wiċċek: peress li l-verb seffaq ifisser ħaxxen, meta tħaxxen wiċċek ma jitkemmixlekx.

Sal-erbgħin il-qabar miftuħ.

Omm li tkun għadha kemm kellha tarbija, trid toqgħod attenta għal saħħitha fl-erbgħin jum ta' wara għax iċ-ċans li tmut ikun ikbar. Dan kien veru speċjalment dari, meta l-kura tas-saħħa ma kenitx avvanzata daqs tal-lum.

Meta sewa ltewa.

Miet (= iltewa) fl-aqwa tiegħu jew fl-iżjed mument fejn ta' madwaru kellhom bżonnu.

Man-nejbiet lesti l-kfejniet.

Dari kienu jmutu ħafna trabi meta jkunu waslu fl-età li jaqsmu n-nejbiet. Kfejniet tfisser twiebet żgħar tat-trabi.

Il-ħabs mimli bl-innoċenti u l-kannierja bil-kaġuni.

Hemm min l-ewwel jaqla' l-inkwiet imbagħad jgħid li ma kienx tort tiegħu, bħal xi ħadd li jgħid li spiċċa l-ħabs bla ħtija imma li l-vittma tiegħu tkun spiċċat fil-kannierja (post fejn kien jintefa' l-għadam tal-mejtin).

Il-forka għall-iżvinturat.

Minn tant nies li jagħmlu l-ħażin u qatt ma jinqabdu, ix-xorti ħażina tkun messet lil min jingħata l-forka. Id-dinja inġusta.

Darba mmutu.

Agħmel dak li tista' għax ħajja waħda għandek.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.