Novembru
Min jiżra’ fin-niexef u ma jnaqqix fil-miblul, ħatab ikollu u jikber bosta s-sbul.
Fix-xahar ta’ Novembru, importanti ħafna li l-bidwi jiżra’ f’ħamrija niexfa (= fin-niexef) iżda wkoll li jnaqqi (= ineħħi l-ħaxix ħażin) meta l-ħamrija tkun imxarrba (= fil-miblul).
Meta tisma’ l-bukagħwar jgħajjat, saffar lis-summiena.
Is-summien ipassi minn Marzi sal-bidu ta’ Novembru, żmien li fih tisma’ wkoll ħoss il-bukagħwar. Il-bukagħwar (jew nannu karwat, jew anke skarabew) huwa tip ta’ ħanfusa (Atheucus sacer) li tirrombla l-ħmieġ tal-art (kagħwar) biex fih tbid il-bajd.
Fix-xahar tal-erwieħ, xogħol, galbu u frieħ.
F’Novembru l-ġurnata tax-xogħol fl-għelieqi kienet tkun twila ħafna u jibdew ukoll jitwieldu l-frieħ tan-nagħaġ (= il-ħrief). Ix-xahar tal-erwieħ jirreferi għal Novembru.
Xita f’Settembru meraq tajjeb f’Novembru.
Ix-xita ta’ Settembru tħaxxen il-frott f’Novembru.
F’Novembru jaqgħu, ikissru u jżemblu.
Iż-żebbuġ jinġabar f’Novembru.
Il-qwiel kollha, f’post wieħed.