qawl.mt

QWIEL MALTIN

l-inkwiet

Il-paċi tal-moħħ mhix dejjem faċli.

Il-ħabs mimli bl-innoċenti u l-kannierja bil-kaġuni.

Hemm min l-ewwel jaqla’ l-inkwiet imbagħad jgħid li ma kienx tort tiegħu, bħal xi ħadd li jgħid li spiċċa l-ħabs bla ħtija imma li l-vittma tiegħu tkun spiċċat fil-kannierja (post fejn kien jintefa’ l-għadam tal-mejtin).

La kull hemm jhemm u la kull semm isemm.

Il-problemi fil-ħajja huma sors ta’ tagħlim. Hemm tfisser ħsara u jhemm huwa verb li jfisser tagħmel ħsara. Semm tfisser velenu u jsemm huwa verb li jfisser tivvelena. Mela mhux kull ħsara tagħmel ħsara u mhux kull velenu jivvelena.

Min iħares bgħid jaqa’ qrib.

Min jinkwieta fuq dak li għad jiġri fil-futur jispiċċa ma jsolvix il-problemi li għandu issa. Bgħid tfisser ’il bogħod.

Omm il-ġifa qatt ma tagħli.

Min jilgħabha tal-baħnan jaħrab minn ħafna inkwiet. Ġifa tfisser iblah jew baħnan, li ommu ma tkun tista’ tgħidlu jew tqabbdu xejn.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.