Hemm min japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni meta tiġih l-okkażjoni.
kategorija
iż-żwieġ
Bin in-nies trabbihx, xbinek bi żbirr teħdux u l-mara turihiex kollox.
Trabbix tfal ta’ nies oħra, tiżżewwiġx pulizija u lill-mara tgħidilhiex kollox għax tużah kontrik.
Doqq lill-qattusa biex tiżfen l-għarusa.
Għamel xi ħaġa biex tidher mod, meta l-intenzjonijiet tiegħu kienu mod ieħor.
Bil-ġmiel biss ma nimlewx żaqqna.
Fl-antik il-flus tad-dota kienu importanti ħafna fiż-żwieġ; is-sbuħija tal-mara ma kenitx biżżejjed.
Jekk tmiss ħwejġek ma’ ħwejjiġha, jew sentejn jew tiżżewwiġha.
Tagħmel x’tagħmel se teħilha. Sentejn tfisser sentejn ħabs.
Aħjar mart min int milli bint min int.
Aħjar tkun mara miżżewġa milli xebba.
Għaġin u torti u nbid bil-kwarti, u aħjar żaqqi minn żaqq marti.
Ċerti rġiel moħħhom biex jixxalaw u jiddevertu u lil marthom jinsewha.
Għonq bla ras, tina bla toqba u tifla bla mistħija la fihom ħajr u lanqas ħotba.
Mara bla pudur ta’ min jaħrabha.
Armel u mrabbab ma fiex xi ttellet.
In-nisa ma jkunux iridu rġiel romol li diġà jkollhom it-tfal.
Armla bħal ġemel: għaliha ż-żwieġ mimli nemel.
In-nisa romol ikunu diġà għaddew minn ħafna tbatija u ma tkunx faċli għalihom li jerġgħu jiżżewġu.
Armla bla tfal, żejt fin-nar.
Mara armla li ma jkollhiex tfal faċli terġa’ ssib l-imħabba.
Armla ma tistax tgħin lil miżżewġa.
Mara armla għandha bżonn min jgħinha, ma tistax tgħin hi lil ħaddieħor.
Armla ta’ tletin tfittex raġel bħall-għamjin, armla ta’ ħamsin tagħżel mill-qalbenin.
Armla li tkun għadha żagħżugħa toqgħod inqas attenta minn armla aktar imdaħħla fiż-żmien meta tfittex raġel ieħor.
Bewsa ta’ żewġek xħin tiftakar fiha terġa’ tmewġek.
Il-bewsa tal-mara jew ir-raġel tiegħek tqanqlek.
Dar ta’ ksir il-għonq tħarisx lejha.
Tiżżewwiġx lil min għandu l-inkwiet fil-familja.
Din hi l-għarusa; jekk togħġbok aqbadha u jekk ma togħġbokx ħallini nraqqadha.
Meta ma jkollokx għażla, jew tieħu li hemm jew ibqa’ b’xejn.
Faddal is-sold u onfoq lira, basta tkun ġa għażilt il-ħanina.
Tieġ jiswa ħafna flus u għalhekk jeħtieġ li tfaddal għalih.
Fil-għaqda taż-żwieġ jeħtieġ toqgħod għall-meħtieġ.
Meta tiżżewweġ ikollok iżjed responsabbiltà u ma jkollokx l-istess libertà li jkollok meta tkun għadek ġuvni jew xebba.
Fiż-żwieġ min ifittex il-ġmiel u min ifittex il-miel.
Hemm min jiżżewweġ għad-dehra u hemm min jiżżewweġ għall-flus (= il-miel).
Fiż-żwieġ tfittixx is-sorra, fittex xebba fqira u ħorra.
Fiż-żwieġ għandek tfittex l-onestà mhux il-flus. Is-sorra tfisser il-flus u ħorra tfisser onesta.
Ġebel ma’ ġebel jiltaqa’.
Fiż-żwieġ il-ħajja tlaqqa’ nies li jixirqu lil xulxin.
Għad li kerha s-sura, sabiħa l-avventura.
Anke persuna li mhix daqstant sabiħa ssib lil min iridha.
Ir-raġel ma jinsiehx raġel għax miżżewweġ.
Iż-żwieġ ma jibdilx il-karattru tan-nies.
Għal ratal laħam ma jaqbilx tixtri baqra.
Fiż-żwieġ is-sitwazzjonijiet diffiċli huma ħafna iżjed komuni minn dawk faċli, mela tagħżilx lil martek jew żewġek skont l-apparenza biss.
Għarusa ġdida kulma tmiss ifuħ.
Meta tkun għadek kemm iżżewwiġt kollox ikun għadu ġdid u sabiħ.
Ir-raġel qalbu qaqoċċa; jagħti werqa lil kulħadd imma l-qalba jagħtiha lill-mara.
Il-mara dejjem għandha post speċjali f’qalb żewġha.
Għors bla għarusa u newwieħa bla mejta qishom mistednin bla mejda.
L-għarusa dejjem tkun iċ-ċentru tal-attenzjoni f’tieġ.
Ir-raġel tiegħek sal-kantuniera.
Mara m’għandha qatt taqla’ għajnejha minn fuq żewġha.
Ħmar tajjeb jinbiegħ f’pajjiżu.
L-imħabba sibha ma’ xi ħadd li jkun mill-istess raħal tiegħek, ikollok inqas problemi.
Ħu l-inbid biex isir ħall u mhux il-ħall biex isir inbid.
Jekk tiżżewweġ lil xi ħadd b’karattru sabiħ, hemm ir-riskju li fil-futur ma jibqax sabiħ; jekk tiżżewweġ lil xi ħadd b’karattru ikrah, dan żgur qatt mhu ser isir sabiħ.
Ħu raġel ikbar minnek u mhux żagħżugħ jixba’ minnek.
Sib raġel li jkun ikbar minnek fl-età għax jibqa’ jridek.
Iddoqq lill-għarusa biex tiżfen il-qattusa.
In-nies jippruvaw iġegħluk temmen li qed jagħmlu xi ħaġa għal skop, mentri fil-verità jkollhom skop ieħor f’moħħhom.
It-tfal tħalltek ma’ min ma tixtieqx.
M’għandekx kontroll fuq min jiżżewġu wliedek - jaf ikollok titħallat ma’ familja li ma ddoqqlokx.
Il-musbieħ ġewwa l-imnara u l-għarusa ġewwa darha.
Wara li tiżżewweġ, mara għandha tmur toqgħod ma’ żewġha mhux tibqa’ d-dar t’ommha u missierha.
Jekk ir-raġel jikxef karusu, il-mara tieħdu għal flusu.
Ir-raġel m’għandux juri lill-mara kemm għandu flus qabel jiżżewwiġha.
Inħobbok daqs nwar il-ful, issa li drajtek sejra tmur.
Ir-relazzjoni jew iż-żwieġ ma jirnexxix jekk il-karattri tal-koppja ma jkunux jaqblu. Inħobbok daqs nwar il-ful tfisser nistmerrek.
Jekk tiżżewweġ aħjar tieħu bidwi, gabillott jew biċċier milli ferħ ta’ kavallier.
Aħjar issib lil xi ħadd li ġej minn ambjent umli minn privileġġat.
Isbaħ il-għaqal mill-ġmiel.
Iżżewweġ persuna għall-għaqal tagħha, mhux għall-apparenza fiżika biss.
Ix-xemgħa torbot u l-qniepen tħoll.
Iż-żwieġ isir bix-xemgħat fil-knisja u jinħall biss malli tasal il-mewt.
Iz-zakak jaqbeż u jitfarfar iżda l-ħmiem iżoqq u jgargar.
Min ma jiżżewwiġx (= iz-zakak, tip ta’ għasfur) jgħaddi ħajja sabiħa, u min jiżżewweġ (= il-ħmiem, tip ieħor ta’ għasfur) għandu responsabbiltajiet u problemi biss.
Iż-żwieġ bħall-ħjar.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal meta ma tkunx taf kemm hi tajba ħjara qabel taqsamha.
Iż-żwieġ dulliegħa.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal meta ma tkunx taf kemm hi tajba dulliegħa qabel taqsamha.
Iż-żwieġ fih lagħqa għasel u bettija morr.
Iż-żwieġ fih iżjed esperjenzi koroh milli sbieħ.
Iż-żwieġ fih lagħqa ħelu u bettija mrar.

Iż-żwieġ għoqda bi lsienek li ma tħollhiex bi snienek.
Ir-rabta taż-żwieġ tinħall biss bil-mewt.
Iż-żwieġ jintrabat bil-kelma u jinħall bil-mewt.

Iż-żwieġ kaxxa magħluqa.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal kaxxa magħluqa li ma tkunx taf x’fiha.
Iż-żwieġ mhux bħal roqgħa, taqlagħha meta trid.

Iż-żwieġ mingħajr tarbija ma fihx tgawdija.
Koppja miżżewġa bit-tfal tgħix iżjed kuntenta minn koppja bla tfal.
La mara u lanqas tfal, u la kera u lanqas dar.
Raġel li ma jiżżewwiġx ma jkollux inkwiet.
Iż-żwieġ qabel ma jinkiteb fl-art, ikun miktub erbgħin ġurnata qabel fis-sema.
Iż-żwieġ ikun diġà rieda t’Alla qabel isir fl-art.
Iż-żwieġ rabta bl-ilsien li ma jħollha ebda żmien.

Iż-żwieġ rabta bl-ilsien li ma tinħallx bis-snien.

Jekk toħroġ il-vara, ikollok idaħħalha.
Fiż-żwieġ kulħadd responsabbli minn dak kollu li tagħmel martu jew żewġu.
Jiżżewweġ biex jieħu r-ruħ u l-mara toqtlu bil-ġuħ.
Il-ħaġa mill-ħażin marret għall-agħar.
Kemm hu iblah dak li lill-mara qabel il-waqt jikxfilha l-qargħa.
Raġel m’għandu qatt juri lill-mara kemm għandu flus qabel jiżżewweġ, biex me teħdux għall-flus. Il-qargħa tirreferi għall-kaxxa tal-flus.
L-aħjar taż-żwieġ mill-kelma sat-tieġ.
Żmien l-għerusija (= meta tagħti kelma) huwa ħafna isbaħ mir-realità diffiċli taż-żwieġ.
Li kieku s-sbieħ jiżżewġu kollha, fuq il-koroh taqa’ l-folla.
Imbilli tkun fiżikament attraenti ma jfissirx li se togħġob lil kulħadd.
Mara sabiħa, id-dota ġewwa.
Mara sabiħa dejjem issib min iridha.
Li kont nafek qatt ma daħħaltek f’darek.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, jista’ jkun li wara kollox iddejqek il-persuna li tkun iżżewwiġt.
L-ikel gosti, l-ilbies namuri u ż-żwieġ konġunturi.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, skont ix-xorti (= konġunturi).
L-imħabba tal-ingarżament tegħleb lil tas-sagrament.
L-adulterju xorta jsir, minkejja l-għoti tal-wegħdiet taż-żwieġ fuq l-altar.
Mara taħdem il-bizzilla, għal qrun ir-raġel ma tistax tiddwella.
Mara li tkun id-dar ma tkunx taf x’qed jagħmel ir-raġel meta jkun barra.
L-isbaħ żwieġ hu dak li ma jiltaqax.
Il-ħajja miżżewġa tant hi diffiċli li jaqbillek ma tiżżewweġ xejn. Li ma jiltaqax tfisser li ma jsirx.
Mar-rabta taż-żwieġ l-omm taħseb għall-meħtieġ.
Dari l-ommijiet kienu jaħsbu għad-dota ta’ binthom meta titgħarras.
Min għandu lil mart missieru, għandu demla fuq ilsienu.
Meta l-missier jiżżewweġ mara oħra, it-tfal ma jmorrux tajjeb magħha.
Meta s-siġra tal-armla ma toħroġx qamla, għan-namur tkun reġgħet ħemla.
B’mod speċjali dari, meta armla ma kenitx tkun trid titgħabba bir-responsabbiltà li tgħajjex lil uliedha, kienet tfittex raġel ieħor biex jgħajjex hu lilha u lil uliedha. Qamla tfisser rimja f’dan il-kuntest, bħallikieku l-armla hija siġra li ma tridx tagħmel frott, u...
Meta l-mara tiżżewweġ tidħol f’darha u l-mewt biss taqlagħha minn hemm.
Dari n-nisa li kienu jiżżewġu kienu jibqgħu d-dar u l-mewt biss teħlishom minn dik il-ħajja.
Meta ssir ir-rabta taż-żwieġ, l-omm taħseb għal dak li hu meħtieġ.
Dari l-omm kien ikollha tibda taħseb għad-dota meta bintha tasal biex tiżżewweġ.
Meta tiżżewweġ il-qamar bik ibewweġ.
Superstizzjoni li l-qamar kwinta jgħin lill-mara li tkun għadha tiżżewweġ tkun aktar fertili.
Meta tkun se tiżżewweġ, jekk ma tkunx miġnun, tiftakar li għad trid tbennen u tiġġennen.
Il-ħajja miżżewġa u t-trobbija tat-tfal jitolbu sagrifiċċji kbar.
Meta xebba għaż-żwieġ mixħuta, tixxabbat ma’ xi tuta biex biha tikseb f’butha.
Xebba li tkun tixtieq tiżżewweġ, jeħtieġ li taħdem biex taqla’ l-flus sabiex tgħajjex il-familja.
Meta xebba tkun għarusa, tibda taħseb għaliha nfusha.
Dari meta xebba titgħarras, kien jeħtieġ taħsbilha għad-dota.
Min jieħu lil ommna jsir għammna.
Napprezzaw lil dak ir-raġel li jiżżewweġ (= jieħu) lil ommna armla u jsir missierna tar-rispett (= għammna), għax jgħinna fil-flus. Dari n-nisa romol kienu jbatu ħafna meta jormlu.
Meta x-xebba ma tarax, il-ħuttab ma jirkantax.
Dari l-ħuttab kien ilaqqa’ l-koppji bil-għan li jiżżewwġu, iżjed kien ikun kollu ta’ xejn jekk ix-xebba ma tkunx trid.
Meta żżewwiġt bdielek, meta bqajt għażeb il-qamel kielek.
Ħadd mhu kutent bl-għażliet tiegħu; dawk li żżewġu ddispjaċiehom, u anke dawk li ma żżewġux. Għażeb huwa raġel mhux miżżewweġ.
L-għarusa l-ħaddara u l-mejjet in-newwieħa.
Kull okkażjoni ġġib magħha xi emozzjoni, ta’ ferħ jew ta’ niket.
Min fit-triq jiekol figolla lil żewġu jsib qalb il-folla.
Dari kienu jemmnu li jekk tiekol figolla fit-triq, issib l-imħabba ta’ ħajtek.
Min għandu l-bniet jeħtieġ l-utied.
Dari min kellu l-bniet kien ikollu jaħsbilhom għad-dota. Utied huma tip ta’ msiemer tal-injam biex iddendel il-ħwejjeġ magħhom.
Min ifittex il-ġhież ifittex l-uġigħ.
Id-dota (il-ġhież) hija simbolu tat-tbatijiet kollha li jġib miegħu ż-żwieġ.
Min iħobb il-bajtar xitli ma jridx jibża’ mix-xewk; min iħobb mara miżżewġa ma jridx jibża’ minnha l-mewt.
Min isir iħobb mara miżżewġa jidħol f’ħafna inkwiet u għandu jkun lest ibati l-konsegwenzi tal-għira ta’ żewġha.
Nies ir-raġel taqlik fit-taġen.
Il-mara u l-membri tal-familja ta’ żewġha ma jmorrux tajjeb flimkien.
Min iżżewweġ reġa’ bdielu u l-ġuvni l-qamel kielu.
Min iżżewweġ iddisjpaċieh u ma min ma żżewwiġx iddispjaċieh ukoll, jiġifieri fid-dinja m’hemmx kuntentizza.
Omm ir-raġel moqlija fit-taġen.
Il-kunjata ma tinħamilx mill-mara ta’ binha.
Omm ir-raġel taqlik fit-taġen.
Il‑kunjata ma taħmilx lill‑mara ta’ binha.
Min iżżewweġ u reġa’ bdielu; min baqa’ ġewwa xejn ma swielu.

Min jagħmel daru fi xjuħitu jħalli lħitu.
Meta jiżżewweġ kbir ikollu iżjed problemi fiż-żwieġ, probabbilment għax ikollu iżjed esperjenza tal-ħajja.
Ommok tħares lejn għajnejk u martek lejn idejk.
Ommok tinkwieta ġenwinament għalik u martek moħħha biss fi flusek.
Raġel ħalliel, mhux tifel sinċier.
Il-mewt tar-raġel, f’ħajjet martu tħalli vojt li l-imħabba u s-sinċerità ta’ wliedha ma jkunux kapaċi jimlew.
Il-bejgħ konġunturi u ż-żwieġ bin-namuri.
Fin-negozju hemm element ta’ xorti, iżda fiż-żwieġ jew hemm l-imħabba jew m’hemmx.
Min jitlef martu bil-ħaqq ma ssibux kuntent.
Id-divorzju u s-separazzjoni jġibu magħhom ħafna dwejjaq.
Min jiżżewweġ u ma jibdilux, hemm mitt skud fil-bieb tal-Imdina mħejjija għalih biex imur għalihom.
Fiż-żwieġ dejjem jasal punt fejn dak li jkun jistaqsi lilu nnifsu għamilx id-deċiżjoni t-tajba.
Min ma jafx idoqq iż-żnied ma jiswiex għaż-żwieġ.
Dari raġel kien jeħtieġlu jkun jaf juża xkubetta (= idoqq iż-żnied) biex jiddefendi lil pajjiżu mill-għadu u juri kemm hu qalbieni; jekk le, lanqas għaż-żwieġ ma kien jitqies tajjeb.
Min ma jiħux mara Għawdxija ma jkunx jaf id-dinja x’fiha.
Min jiżżewweġ mara Għawdxija, ikun iżżewweġ mara responsabbli u ta’ ħila.
Minn sinjorina ssir sinjura.
Dari mara bilfors kien ikollha tiżżewweġ biex iddaħħal il-flus tar-raġel.
Nagħġa maħmuġa ma tistax tkun minsuġa.
In-nies imħarbtin ma jsibux xortihom fiż-żwieġ, bħal meta ma tkunx tista’ tuża suf maħmuġ meta tinseġ.
Qabel ma l-għarusa tiġbed flusha, mill-but tiġi maqrusa.
Dari mara ma kenitx tiżżewweġ bla dota, u għalhekk kien ikollha toħroġ kollox.
Qabel ma tiżżewweġ aħseb ara x’ser tagħmel.
Ara li tkun lest għall-impenn li se tieħu meta tidħol għaż-żwieġ.
Qatt tindaħal bejn il-miżżewġin.
Tindaħalx fil-problemi ta’ bejn koppja miżżewġa.
Rabbi u ifraħ u ma jibqagħlekx la liżar u lanqas mitraħ.
Dari min kellu l-bniet kien jispiċċa b’xejn la jikbru, għax ma kinux isibu jiżżewġu mingħajr id-dota.
Saqqi, oħti, u baqqi lil dak il-ħabaq għadsi.
Dari xebba kienet toħroġ fit-tieqa l-ħabaq għadsi (Ocimum basilicum) biex turi li lesta għaż-żwieġ, sakemm xi ġuvni juri interess fiha. Sadanittant, kien ikollha tibqa’ tieħu ħsieb il-ħabaq billi tbaqqih (jiġifieri ssaqqih ħafna).
Tifla ħudha minn dar ta’ nies jistgħu, u għalqa ħudha mingħand għażżien.
Dari ma kontx tiżżewweġ biss għall-imħabba iżda wkoll għad-dota tax-xebba - bl-istess mod, kien jaqbillek iżjed tikri għalqa li qatt ma tkun inħadmet.
Twegħedhiex li teħodha l-Imnarja għax tul żmienek tagħmillek l-arja.
Fl-antik, meta jiżżewġu r-raġel kien iwiegħed lill-martu li jeħodha l-Buskett fl-okkażjoni tal-Imnarja. Jekk ir-raġel jikkuntenta wisq lill-martu, din tagħmel li trid bih ħajtu kollha.
Warda ta’ Mejju u mhux ta’ qalb il-plejju.
Iżżewweġ persuna li tkun għadha friska u żagħżugħa, u mhux waħda diġà mgħobbija bit-tiġrib tal-ħajja.
Xebba li tiekol fit-triq ma ssibx tiżżewweġ.
Superstizzjoni ta’ dari fejn kienu jemmnu li jekk xebba tiekol barra t-triq, kien ikollha xortih ħażina u ma tiżżewwiġx.
Żwieġ bin-namur jispiċċa bid-dulur.
Koppja li tiżżewweġ għall-imħabba biss jisfaxxalha ż-żwieġ jekk ma tagħtix kas affarijiet oħra, bħall-flus.
Xebba bla mistħija la fiha ħajr u lanqas ħtib.
Tfajla li ma tafx tkun modesta ħadd ma jġibilha rispett u wisq inqas tħajjar lil minn jiżżewwiġha.
Xebba ta’ żmien il-kxif tal-miżwed malajr iġġabbar u twieled.
Superstizzjoni li xebba li titwieled jew tiżżewweg fix-xahar ta’ Marzu (żmien il-ful), ma ddumx ma ssibx raġel li jiżżewwiġha u jnisslilha t-tfal.
Żwieġ li jiltaqa’ infern fl-art; żwieġ li ma jiltaqax ħart.
Fiż-żwieġ ma ssibx kuntentizza meta l-koppja tkun tiftiehem, aħseb u ara jekk le. Ħart ifisser dwejjaq.
Żwieġ mhux imlaqqa’ fil-qabar iwaqqa’.
Żwieġ mingħajr ferħ u kuntentizza jwassal għal ħafna dwejjaq.
Żwieġ mingħajr namur, konsegwenzi u dulur.
Żwieġ bla mħabba jġib miegħu ħafna dwejjaq u tbatija.
Żewweġ u bewweġ.
Malli tiżżewweġ mur oqgħod ma’ martek jew żewġek u ħalli lill-ġenituri tiegħek bi kwiethom f’darhom.
kategorija
iż-żwieġ
Bis-saħħa tal-għarusa tiżfen il-qattusa.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.