qawl.mt

kategorija

ir-relazzjonijiet

Xi ħabib jittradik.

Trid tkun lest li xi darba jew oħra se jkollok ħabib li jweġġagħlek qalbek u jittradik.

Wiċċ is-sefqa ma jmutx imkemmex.

Min ma jistħix jagħmel wiċċu, jieħu li jrid fil-ħajja u ma jmur qatt minn taħt. Wiċċ is-sefqa tfisser li tagħmel wiċċek: peress li l-verb seffaq ifisser ħaxxen, meta tħaxxen wiċċek ma jitkemmixlekx.

Tajtu pesta u tani ċmajra.

Tagħti kemm tiflaħ bl‑abbundanza iżda toħroġ diżappuntat meta tieħu lura bil‑wisq inqas milli stennejt.

Ostorni biex nostrok.

Għattili l-ħażin li nagħmel biex jiena ngħattilek tiegħek. Ostorni tfisser aħbini u nostrok tfisser naħbik.

Nies annuna jgħixu bla muna.

In-nies li kapaċi jgħinu lil xulxin, jgħixu iżjed kuntenti u ma jħossuhomx waħedhom. Il-muna hija l-ħażna tal-ikel.

Min jimpika jispikka.

Min jimpika aħjar ikun ċert li jista' jirbaħ għax l-attenzjoni tkun fuqu, u jekk jitlef jaqa' iżjed għaċ-ċajt.

L-għira bażwija.

Min jgħir ħafna għalik, jasal biex saħansitra jgħir ukoll għall-ħażin tiegħek.

Il-ħbieb sal-bieb.

Il-kunfidenzi żejda m'għandekx xi tridhom, għax inkwiet iġibu magħhom.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.