Tnejn min-nies jiftiehmu malajr u aktar kemm iżżid nies, aktar isir diffiċli tiftiehem.
Il-ġara tgħallmek tgħammar.
In-nies ta' madwarek jgħallmuk kif tħares l-interessi tiegħek.
Kategoriji: il-ġirien | ir-relazzjonijiet
Qwiel relatati
Aħjar għajrek minn dellek.
Meta tiġi bżonn, il-ġirien ġieli ssibhom iżjed minn ommok.
Bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb.
Lil min tkun ilek ma tarah tinsieh.
Min jerħilek żenbilu, għabbilu.
Approfitta ruħek mill-iblah li joqgħod għal kollox u agħmel li trid bih. Żenbilu tfisser il-basket tiegħu.
Aktar ma int għama, aktar il-għadu jaħbilek l-ixkora.
Aktar ma l-għadu tiegħek jarak f'diffikultà, aktar jagħmel biex tkun agħar.
Il-ħabib ħobbu b’għewiedu.
Jeħtieġ li ħabib taċċettah kif inhu, bil-preġji u d-difetti tiegħu b'kollox. Għewiedu tfisser id-drawwiet tiegħu.
