Aħjar issolvi kwistjoni barra mill-qorti biex ma teħilx flus żejda jekk ikollok tort.
Min jiġi merħba bih, min ma jiġix Alla jhennih.
Dak li ma tridx lilek lanqas tridu ‘l għajrek.
Ġib ruħek ma' ħaddieħor bl-istess mod li tixtieq li ħaddieħor iġib ruħu miegħek.
Tikxifx għajnek man-nies.
Tmurx tikxef il-ħajja privata tiegħek man-nies.
Kif iżżomm ruħek, in-nies iżżommok.
Il-mod ta' kif tittratta lilek innifsek huwa riflessjoni ta' kif jittrattak ħaddieħor.
Aktar ma int għama, aktar il-għadu jaħbilek l-ixkora.
Aktar ma l-għadu tiegħek jarak f'diffikultà, aktar jagħmel biex tkun agħar.
Min ġie ferraħni, min ma ġiex serraħni.
Min ġie għandi fraħt bih, u min ma ġiex serraħli rasi għax ifisser li m'għandix inkwiet miegħu.
Jekk ma taqbilx mal-ġar, biddel fis id-dar.
Ġieli tant ikollok ġirien diffiċli li ma jkollokx għażla oħra ħlief li titlaq mit-triq.
Bla ħbieb ma tagħmel xejn.
Mingħajr il-ħbieb ma tkunx tista' titlob pjaċir.
Bla qaddisin ma tmurx il-ġenna.
Fid-dinja għandek bżonn il-ħbieb biex tirnexxi.
Aħjar jikluk il-klieb milli tiġi bżonn il-ħbieb.
Kultant il-ħbieb ma ssibhomx fil-mument tal-bżonn.
Għajn b’għajn, sinna b’sinna.
Kif tagħmel jagħmlulek.
Dak li ma tridx lilek lanqas tridu ‘l għajrek.
Ġib ruħek ma' ħaddieħor bl-istess mod li tixtieq li ħaddieħor iġib ruħu miegħek.
Il-ħniena kienet u tkun, inkella m’hemmx iżjed dinja.
Għandek tħenn għalik innifsek u għall-oħrajn fid-dinja.
Min jiskuża jinsa l-akkuża.
Jekk se tiskuża lil xi ħadd għal xi azzjoni ħażina li jkun għamel, ma tistax terġa' taqlagħha fil-futur.
Kulħadd iqis b’xibru.
Kulħadd jiġġudika lil ħaddieħor skont il-fehma tiegħu.
Aħfer lil kulħadd mhux lilek innifsek.
Ma' ħaddieħor kun qalbek tajba, imma miegħek innifsek kun strett.
Aħjar issuq erba’ żwiemel minn ħmar.
Aktar faċli tagħmilha ma' nies intelliġenti milli mal-injoranti.
Min jiġi jżurek mhux għalxejn.
Min jindiehes miegħek sinjal li għandu bżonn xi ħaġa mingħandek.
Min jiskuża jinsa l-akkuża.
Jekk se tiskuża lil xi ħadd għal xi azzjoni ħażina li jkun għamel, ma tistax terġa' taqlagħha fil-futur.
Min itik, jew ħadlek jew irid jeħodlok.
Ħadd ma jtik xejn ta' xejn, dejjem hemm raġuni.
Ħobb lil ġarek iżda ddaħħlux f’darek.
M’hemmx kunfidenzi żejda mal-ġirien.