Kif iġġib ruħek miegħi inti, inġib ruħi miegħek jiena.
Kulħadd għandu min iħobbu u min jobogħdu.
Ma jistax ikun li tkun maħbub minn kulħadd.
Kategoriji: ir-relazzjonijiet
Qwiel relatati
Min ma jbigħx qamħ ma nibżax minnu.
Min hu pezzakustjoni xorta waħda konxju mill-fatt li ma jaqbillux jikser il-fus ma' min għad jiġi bżonnu.
L-imħabbat iħabbat lil min imiss miegħu.
Min ikollu l-inkwiet jew ikun iħobb jaqla' l-inkwiet, jagħmel ħajjet kull min ikollu x'jaqsam miegħu diffiċli wkoll.
Il-ħniena kienet u tkun, inkella m’hemmx iżjed dinja.
Għandek tħenn għalik innifsek u għall-oħrajn fid-dinja.
Id-dinja katina, ħolqa wara ħolqa.
Kulħadd għandu bżonn l-għajnuna ta' ħaddieħor fid-dinja.
Bħalma lilek hekk lil għajrek.
Qis li tħobb lill-proxxmu tiegħek, bħalek innifsek.
