Min jipprova jagħmel xi vendikazzjoni jew ipattiha lil xi ħadd, jispiċċa jbati hu stess.
Min ma jagħmilx ġid lilek lanqas jagħmel lill-oħrajn.
Min ma jġibx ruħu tajjeb miegħek, lanqas ma' ħaddieħor ma jġib ruħu tajjeb.
Kategoriji: ir-relazzjonijiet
Qwiel relatati
Fin-niket u l-ħmum jidhru l-ħbieb u l-għemum.
Il-ħbieb ta' veru tagħrafhom meta tkun fil-bżonn. Ħmum tfisser għawġ u l-għemum huma l-ħbieb.
Min jitma fil-ġar jorqod bil-ġuħ.
Tistenniex għajnuna mingħand il-ġirien għax toħroġ diżappuntat.
Bil-kelma t-tajba sal-far joħroġ mit-tqajba.
Bil-ġentilezza jirnexxilek tieħu li trid mingħand xi ħadd.
Kulħadd iqis b’xibru.
Kulħadd jiġġudika lil ħaddieħor skont il-fehma tiegħu.
Min jibża’ mill-għarnuq ma jiżrax ful.
Min ma jridx li n-nies jgħidu bih, m'għandux jgħid fuq in-nies.
