Hawn min jitħabbeb miegħek biss għall-pjaċiri u r-rigali, u mhux għax tassew japprezzak.
Min jibża’ mill-għarnuq ma jiżrax ful.
Bla qaddisin ma tmurx il-ġenna.
Fid-dinja għandek bżonn il-ħbieb biex tirnexxi.
Jekk ma taqbilx mal-ġar, biddel fis id-dar.
Ġieli tant ikollok ġirien diffiċli li ma jkollokx għażla oħra ħlief li titlaq mit-triq.
Min itik bix-xewk ara tagħtih bil-ward; middu u xebgħa ġebla agħtih fl-art.
Min jittrattak ħażin teħdux bil-ħlewwa, anzi ddefendi lilek nnifsek.
Kif iżżomm ruħek, in-nies iżżommok.
Il-mod ta' kif tittratta lilek innifsek huwa riflessjoni ta' kif jittrattak ħaddieħor.
L-għajnuna kulħadd jixtieqha.
Kulħadd japprezzaha l-għajnuna.
L-ewwel li trid tagħmel ħbieb mal-kelb.
Aħjar tagħmel ħbieb ma' dawk ta' madwar xi ħadd li trid mingħandu.
Ħobb lil ġarek iżda ddaħħlux f’darek.
M’hemmx kunfidenzi żejda mal-ġirien.
Min jagħtik daqqa ta’ ħarta, tistħix twieġbu b’oħra int.
Min ma jiddejjaqx iweġġgħek, tiddejjaq xejn tiddefendi ruħek u tagħmillu l-istess.
Kif tkejjel ikejluk.
Kif iġġib ruħek man-nies inti, hekk iġibu ruħhom huma miegħek.
Min jiġi jżurek mhux għalxejn.
Min jindiehes miegħek sinjal li għandu bżonn xi ħaġa mingħandek.
Ftit huma l-veri ħbieb.
Fil-ħajja mhux faċli ssib ħbieb ġenwini.
Aħjar ħabib mal-kelb inkella ma’ sidu.
Aħjar tagħmel ħbieb ma' dawk ta' madwar xi ħadd li trid mingħandu.
La torbotx rabta ċoff.
Qis li l-ftehim ikun sod.
Kif tiżra’ jinbitlek, kif issajjar tiekol.
Kif iġġib ruħek man-nies inti, hekk iġibu ruħhom huma miegħek.
Min jagħtihielek bi qronfla, agħtihielu b’warda; u min b’xewka, agħtihielu b’labra.
Ġib ruħek ma' ħaddieħor bl-istess mod li hu jġib ruħu miegħek.
Fejn hemm il-ftehim il-basal isir laħam.
Meta jintlaħaq ftehim l-impossibbli jsir possibbli.
Fin-niket u l-ħmum jidhru l-ħbieb u l-għemum.
Il-ħbieb ta' veru tagħrafhom meta tkun fil-bżonn. Ħmum tfisser għawġ u l-għemum huma l-ħbieb.
Aħjar jikluk il-klieb milli tiġi bżonn il-ħbieb.
Kultant il-ħbieb ma ssibhomx fil-mument tal-bżonn.
Erfa’ salibek u ħallik min-nies.
Ara l-affarijiet tiegħek u ħalli lil ħaddieħor bi kwietu.
Aħjar ħabib mal-kelb inkella ma’ sidu.
Aħjar tagħmel ħbieb ma' dawk ta' madwar xi ħadd li trid mingħandu.