Ħadd ma jaħraq il-kamra li joqgħod fiha.Meta xi ħadd ikun kompliċi f'xi ħaġa ħażina, mhux ser jikxef lill-kompliċi l-oħrajn għax ibati hu.
Fin-niket u l-ħmum jidhru l-ħbieb u l-għemum.Il-ħbieb ta' veru tagħrafhom meta tkun fil-bżonn. Ħmum tfisser għawġ u l-għemum huma l-ħbieb.
Aħfer lil kulħadd mhux lilek innifsek.Ma' ħaddieħor kun qalbek tajba, imma miegħek innifsek kun strett.
Min jimpika jispikka.Min jimpika aħjar ikun ċert li jista' jirbaħ għax l-attenzjoni tkun fuqu, u jekk jitlef jaqa' iżjed għaċ-ċajt.