Lil min tkun ilek ma tarah tinsieh.
Erfa’ salibek u ħallik min-nies.
Ara l-affarijiet tiegħek u ħalli lil ħaddieħor bi kwietu.
Bla ħbieb ma tagħmel xejn.
Mingħajr il-ħbieb ma tkunx tista' titlob pjaċir.
Aħjar nuħħalti minn smid ġarti.
Aħjar dak li hu tiegħi, minkejja li tal-ġara forsi aħjar.
Min ibaxxi għajnejh ma jħarsux u jtennu lejh.
Min jagħmel l-affarijiet tiegħu ma jistedinx kunfidenzi żejda.
Erħi lil kulħadd jimxi għal rasu.
Għix ħajtek u ħalli lil ħaddieħor bi kwietu.
Il-bniedem waħdu mhu xejn.
Għandna bżonn lil ħaddieħor biex ngħixu kuntenti.
Bla qaddisin ma tmurx il-ġenna.
Fid-dinja għandek bżonn il-ħbieb biex tirnexxi.
Tikxifx għajnek man-nies.
Tmurx tikxef il-ħajja privata tiegħek man-nies.
L-akbar ġlieda ta’ bejn il-ħbieb.
Il-ħbieb ikunu jafu lil xulxin sew u l-ġlied ikun ikbar.
Min jittiekel għal ġaru, jibqa’ bla għaxa f’daru.
Min jagħti wisq milli għandu jispiċċa jbati. Bla għaxa tfisser bla ikel.
Li ma tridx lilek lanqas imissek tridu lil għajrek.
Ittratta lil ħaddieħor bħalma tittratta lilek innifsek - jiġifieri tajjeb.
Il-ħaġa tiegħi titkellem u minn tal-ġara mank tissellem.
Meta titlob l-għajnuna lill-ġirien ma tasalx, iżda meta jkollhom bżonn l-għajnuna huma jistennewha mingħandek.
Agħmilha ma’ min hu aħjar minnek u ħallas għalih.
Jaqbillek ikollok ħbieb li jkunu aħjar minnek.
Agħżel lil ħbiebek u ħalli lil ħbiebek jagħżlu lilek.
Bl-istess mod li l-oħrajn ifittxu lilek għax inti kumpanija tajba, agħraf agħmel l-istess.
Min iħobb lill-kelb iħobb lil sidu.
Meta persuna ġġibilha rispett, iġġib rispett ukoll lil dawk ta' madwarha.
Min jitma fil-ġar jorqod bil-ġuħ.
Tistenniex għajnuna mingħand il-ġirien għax toħroġ diżappuntat.
Min jerħilek żenbilu, għabbilu.
Approfitta ruħek mill-iblah li joqgħod għal kollox u agħmel li trid bih. Żenbilu tfisser il-basket tiegħu.
Min ġie ferraħni, min ma ġiex serraħni.
Min ġie għandi fraħt bih, u min ma ġiex serraħli rasi għax ifisser li m'għandix inkwiet miegħu.
Kif tiżra’ jinbitlek, kif issajjar tiekol.
Kif iġġib ruħek man-nies inti, hekk iġibu ruħhom huma miegħek.
L-akbar ġlieda ta’ bejn l-aħwa.
L-aħwa jkunu jafu lil xulxin sew u l-ġlied ikun ikbar.