Aħjar tagħmel ħbieb ma' dawk ta' madwar xi ħadd li trid mingħandu.
Daħħal sejfek f’għantek għax billi tagħti tieħu.
Aħjar tgħix ġo girna waħdek milli f’palazz man-nies.
Aħjar tiegħek f'tiegħek f'ambjent umli milli f'ambjent sabiħ fejn ikollok isseffaq wiċċek man-nies.
Dejjem jagħtu donnhom kelb u qattus.
Ma jiqfux jiġġieldu.
Kif iżżomm ruħek, in-nies iżżommok.
Il-mod ta' kif tittratta lilek innifsek huwa riflessjoni ta' kif jittrattak ħaddieħor.
Min itik, jew ħadlek jew irid jeħodlok.
Ħadd ma jtik xejn ta' xejn, dejjem hemm raġuni.
Bla ħbieb bħal dar bla bieb.
Mingħajr il-ħbieb ma tkunx tista' titlob pjaċir.
Ġirienek f’darek, ġurdien f’għamarek.
Tagħtix kunfidenzi żejda lill-ġirien u ħu ħsieb il-privatezza ta' darek.
Ħadd ma jagħmel xejn għal xejn.
Min jagħmel xi ħaġa jkun qed jistenna xi ħaġa lura tagħha.
Aqta’ jiesek u berred bużbieżek.
Min ma jħobbokx mhux se jagħmillek pjaċiri.
Lil Ġaħan il-libsa għamlitu nies.
In-nies jirrispettawk skont kif tilbes u kemm tieħu ħsieb persuntek; l-ilbies saħansitra ġabar lil Ġaħan mill-injoranza tiegħu.
Il-ħbieb sal-bieb.
Il-kunfidenzi żejda m'għandekx xi tridhom, għax inkwiet iġibu magħhom.
Min ixaħħam jitlaħħam.
Min ixaħħam jasal fejn jixtieq.
Billi tagħti tieħu.
In-nies jimxu miegħek skont kif timxi magħhom.
Kif tagħmel issib.
Kif iġġib ruħek man-nies inti, hekk iġibu ruħhom huma miegħek.
Agħmilha ma’ min hu aħjar minnek u ħallas għalih.
Jaqbillek ikollok ħbieb li jkunu aħjar minnek.
Il-ġirien tagħżel il-ġirien.
Inti tagħżel liema ġirien tkellem, jaf ikun hemm uħud li ma taħmilx.
Fejn hemm il-ftehim il-basal isir laħam.
Meta jintlaħaq ftehim l-impossibbli jsir possibbli.
L-ilbies jagħmlek nies.
In-nies jirrispettawk skont kif tilbes u kemm tieħu ħsieb persuntek.
La torbotx rabta ċoff.
Qis li l-ftehim ikun sod.
Aħjar paċi milli tagħmel paċi.
Aħjar ma jkollokx xi tgħid mill-ewwel ma' persuna, milli tagħmel paċi wara.
Kif tiżra’ jinbitlek, kif issajjar tiekol.
Kif iġġib ruħek man-nies inti, hekk iġibu ruħhom huma miegħek.