M’hemmx kunfidenzi żejda mal-ġirien.
Min ma jħobbokx jobogħdok.
Min ma jridx ikun ħabib tiegħek, ikun l-għadu tiegħek.
Kategoriji: il-ħbieb | ir-relazzjonijiet
Qwiel relatati
Dak li ma tridx lilek lanqas tridu ‘l għajrek.
Ġib ruħek ma' ħaddieħor bl-istess mod li tixtieq li ħaddieħor iġib ruħu miegħek.
Ħobb lil għajrek, qarib u għarib.
Ħobb lil kulħadd bl-istess mod. Għarib tfisser barrani.
Aħjar ħobż xott f’darek milli frisk għand ġarek.
Tajjeb li tkun kuntent b'li għandek minflok tiddependi fuq ħaddieħor jew tixtieq tiegħu.
Agħtini bil-ħarta u la turinix iċ-ċiera.
Aqbad iġġieled miegħi minflok toqgħod bil-geddum.
Ħadd ma jagħmel xejn għal xejn.
Min jagħmel xi ħaġa jkun qed jistenna xi ħaġa lura tagħha.
