Ara l-affarijiet tiegħek u ħalli lil ħaddieħor bi kwietu.
Min ma jgħinx ruħu jibqa’ fejn ikun.
Jeħtieġ li tagħmel sforz ġenwin biex tegħleb problema, inkella ma tasal imkien.
Kategoriji: ir-relazzjonijiet | is-sens komun
Qwiel relatati
Min jitma fil-ġar xejn ma jitma’ lil tad-dar.
Tistenniex għajnuna mingħand il-ġirien għax toħroġ diżappuntat.
Bla ħbieb bħal dar bla bieb.
Mingħajr il-ħbieb ma tkunx tista' titlob pjaċir.
L-għajnuna kulħadd jixtieqha.
Kulħadd japprezzaha l-għajnuna.
Lil min issemmih lesti x’tagħtih.
Semmi lil xi ħadd u kumbinazzjoni tarah ġej.
Min dari jibgħathulek sħun, issa jibgħathulek biered.
Min qatt ma xtaqlek il-ġid qabel, mhux ser jixtieqlek il-ġid issa. Dari tfisser qabel.
