Il-ħaġa tiegħi titkellem u minn tal-ġara mank tissellem.Meta titlob l-għajnuna lill-ġirien ma tasalx, iżda meta jkollhom bżonn l-għajnuna huma jistennewha mingħandek.
Min jagħtik daqqa ta’ ħarta, tistħix twieġbu b’oħra int.Min ma jiddejjaqx iweġġgħek, tiddejjaq xejn tiddefendi ruħek u tagħmillu l-istess.
Min jitma fil-ġar xejn ma jitma’ lil tad-dar.Tistenniex għajnuna mingħand il-ġirien għax toħroġ diżappuntat.
Għajnejn żoroq jisirqu n-nies mit-toroq.Min hu għajnejh blu jsaħħrek u jagħmel bik li jrid. Żoroq tfisser blu.