Aħjar tgħix ġo girna waħdek milli f’palazz man-nies.Aħjar tiegħek f'tiegħek f'ambjent umli milli f'ambjent sabiħ fejn ikollok isseffaq wiċċek man-nies.
Il-ħaġa tiegħi titkellem u minn tal-ġara mank tissellem.Meta titlob l-għajnuna lill-ġirien ma tasalx, iżda meta jkollhom bżonn l-għajnuna huma jistennewha mingħandek.
Bil-kelma t-tajba sal-far joħroġ mit-tqajba.Bil-ġentilezza jirnexxilek tieħu li trid mingħand xi ħadd.
Ġirienek f’darek, ġurdien f’għamarek.Tagħtix kunfidenzi żejda lill-ġirien u ħu ħsieb il-privatezza ta' darek.