Meta kollox ikun sejjer sew iduru miegħek il-ħbieb, u meta kollox jibda sejjer ħażin jabbandunawk.
Min itik bix-xewk ara tagħtih bil-ward; middu u xebgħa ġebla agħtih fl-art.
L-inkwiet tal-ġara wara denb il-ħara.
Xi kultant bilfors jinqala' xi inkwiet mal-ġirien.
Aħjar tgħix ġo girna waħdek milli f’palazz man-nies.
Aħjar tiegħek f'tiegħek f'ambjent umli milli f'ambjent sabiħ fejn ikollok isseffaq wiċċek man-nies.
Aħjar ħabib mal-kelb inkella ma’ sidu.
Aħjar tagħmel ħbieb ma' dawk ta' madwar xi ħadd li trid mingħandu.
Bla ħbieb bħal dar bla bieb.
Mingħajr il-ħbieb ma tkunx tista' titlob pjaċir.
Agħtini bil-ħarta u la turinix iċ-ċiera.
Aqbad iġġieled miegħi minflok toqgħod bil-geddum.
Billi tagħti tieħu.
In-nies jimxu miegħek skont kif timxi magħhom.
Min ixaħħam jitlaħħam.
Min ixaħħam jasal fejn jixtieq.
Bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb.
Lil min tkun ilek ma tarah tinsieh.
Ħares tajjeb lil darek u la tħallilx lil ġarek.
Ħu ħsieb l-affarijiet tiegħek u twaqqax lil ħaddieħor fit-tentazzjoni billi tħalli oġġetti ta' valur fid-deher.
Aħjar paċi milli tagħmel paċi.
Aħjar ma jkollokx xi tgħid mill-ewwel ma' persuna, milli tagħmel paċi wara.
Aħjar nuħħalti minn smid ġarti.
Aħjar dak li hu tiegħi, minkejja li tal-ġara forsi aħjar.
Agħti kemm tiflaħ qabel ma jagħtuk.
Ara li tkun bdejt tiġġieled qabel ma jiġġilidlek ħaddieħor.
Aħjar jikluk il-klieb milli tiġi bżonn il-ħbieb.
Kultant il-ħbieb ma ssibhomx fil-mument tal-bżonn.
Kif tiżra’ jinbitlek, kif issajjar tiekol.
Kif iġġib ruħek man-nies inti, hekk iġibu ruħhom huma miegħek.
Bla xaħam ma tvarax.
Fid-dinja għandek bżonn il-ħbieb u l-kuntatti biex tirnexxi.
Ħobb lil kulħadd biex ma tagħli qatt.
Tagħmel lil ħadd għadu tiegħek.
L-ilbies jagħmlek nies.
In-nies jirrispettawk skont kif tilbes u kemm tieħu ħsieb persuntek.
Jekk il-bniedem tagħtih il-kunfidenza idaħħlek fil-gradenza.
Il-kunfidenza żejda man-nies m'għandekx xi tridha, għax jistgħu jabbużaw minnek eż. billi jisirquk f'darek stess.
Bieb ma’ ġenbek aħjar minn waħdek.
F'każ li jinqala' xi ħaġa, taf li għandek il-ġirien ħdejk.
Il-ġara tgħallmek tgħammar.
In-nies ta' madwarek jgħallmuk kif tħares l-interessi tiegħek.