Għandek tħenn għalik innifsek u għall-oħrajn fid-dinja.
Kif tagħmel issib.
Kif iġġib ruħek man-nies inti, hekk iġibu ruħhom huma miegħek.
Kategoriji: ir-relazzjonijiet
Qwiel relatati
Il-ħabib dak li jaqbeż għalik.
Tinduna li xi ħadd tassew ħabib tiegħek meta jkun lest jaqbeż għalik.
L-ewwel li trid tagħmel ħbieb mal-kelb.
Aħjar tagħmel ħbieb ma' dawk ta' madwar xi ħadd li trid mingħandu.
Aħjar trabbi ħanżir minn tifel ta’ ħaddieħor.
Annimal jaf japprezza iżjed dak li tagħmel miegħu mit-tfal ta' ħaddieħor.
Bla qaddisin ma tmurx il-ġenna.
Fid-dinja għandek bżonn il-ħbieb biex tirnexxi.
Min jiżra’ l-korla jaħsad l-indiema.
Oqgħod attent lil min tirrabja għax jiddispjaċik fil-futur.
