Min ma jridx ikollu x'jaqsam man-nies ma jidhirx fil-pubbliku.
Min jidħol għalik idħol għalih.
Lil min issemmih lesti x’tagħtih.
Semmi lil xi ħadd u kumbinazzjoni tarah ġej.
Ħabibek jistrok u jgħattilek.
Il-ħbieb ta' veru jippruvaw jgħattulek l-iżbalji, għax jixtiqulek il-ġid. Jistrok tfisser jgħattik.
Qis li ma ddendilx kusek ma’ bieb l-imgħallaq.
Ara li ma jkollokx x'taqsam ma' min taf li jaqla' l-inkwiet. Kus (pl. kwies) ifisser vażett żgħir tal-fuħħar jew tal-ħġieġ.
Il-ħniena kienet u tkun, inkella m’hemmx iżjed dinja.
Għandek tħenn għalik innifsek u għall-oħrajn fid-dinja.
Min jaħarbek tiġrix warajh.
Min ma jridx jaf bik m'għandekx x'tambih.
Min jibża’ mill-għarnuq ma jiżrax ful.
Min ma jridx li n-nies jgħidu bih, m'għandux jgħid fuq in-nies.
Dak li jkun tagħmillu mitt pjaċir u tonqsu darba kollox jispiċċa.
Għax tiżbalja mqar darba, in-nies jinsew il-pjaċiri kollha li tkun għamiltilhom qabel.
Min jagħtik daqqa ta’ ħarta, tistħix twieġbu b’oħra int.
Min ma jiddejjaqx iweġġgħek, tiddejjaq xejn tiddefendi ruħek u tagħmillu l-istess.
Min jiġi jżurek mhux għalxejn.
Min jindiehes miegħek sinjal li għandu bżonn xi ħaġa mingħandek.
Dak li ma tridx lilek lanqas tridu ‘l għajrek.
Ġib ruħek ma' ħaddieħor bl-istess mod li tixtieq li ħaddieħor iġib ruħu miegħek.
Kif tkejjel ikejluk.
Kif iġġib ruħek man-nies inti, hekk iġibu ruħhom huma miegħek.
Aħjar issuq erba’ żwiemel minn ħmar.
Aktar faċli tagħmilha ma' nies intelliġenti milli mal-injoranti.
Fid-dinja lkoll niġu bżonn xulxin.
Itlob l-għajnuna meta jkollok bżonnha u għin meta jitolbuk l-għajnuna.
Ħobb lil għajrek, qarib u għarib.
Ħobb lil kulħadd bl-istess mod. Għarib tfisser barrani.
Bħalma lilek hekk lil għajrek.
Qis li tħobb lill-proxxmu tiegħek, bħalek innifsek.
Bla xaħam ma tvarax.
Fid-dinja għandek bżonn il-ħbieb u l-kuntatti biex tirnexxi.
Bħalissa aħjar inti minn dajjaret xbinti.
F'sitwazzjoni ta' urġenza min jinzerta ħdejk jista' jtik l-ewwel għajnuna.
Min jerħi ruħu, jgħabbulu.
L-iblah li joqgħod għal kollox jagħmlu li jridu bih.
Min jaħarbek tiġrix warajh.
Min ma jridx jaf bik m'għandekx x'tambih.
Il-ħbieb u l-qraba jidhru fil-waqt.
Il-ħbieb ta' veru u l-qraba li jimpurtahom minnek issibhom meta jkollok bżonnhom.