Jekk mill-ħġieġ magħmula darek, titfax ħaġar lil ta’ ġarek.Tgħajjarx lil ħaddieħor bid-difetti tiegħu, għax inti wkoll għandek id-difetti tiegħek.
Min irid jagħtik ma jistaqsikx l-ewwel jekk tridx.Min ikun irid tassew jgħinek, ma joqgħodx jistaqsik għandekx bżonn l-għajnuna: jaqbad u jgħinek.
Ħadd ma jidħaqlek għall-bjuda ta’ snienek.Min joqgħod jgħaddilek il-kumplimenti u jżiegħel bik ikun qed jistenna xi pjaċir mingħandek.