Min jagħti wisq milli għandu jispiċċa jbati. Bla għaxa tfisser bla ikel.
Min jaħsilli wiċċi naħsillu dahru.
Dejjem jagħtu donnhom kelb u qattus.
Ma jiqfux jiġġieldu.
Bil-kappell li kelli sellimtlek.
Għamilt għalik dak li stajt.
Il-ġara tgħallmek tgħammar.
In-nies ta' madwarek jgħallmuk kif tħares l-interessi tiegħek.
Bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb.
Lil min tkun ilek ma tarah tinsieh.
Min irid jagħtik ma jistaqsikx l-ewwel jekk tridx.
Min ikun irid tassew jgħinek, ma joqgħodx jistaqsik għandekx bżonn l-għajnuna: jaqbad u jgħinek.
Il-ħbieb sal-bieb.
Il-kunfidenzi żejda m'għandekx xi tridhom, għax inkwiet iġibu magħhom.
Min jitma fil-ġar jorqod bil-ġuħ.
Tistenniex għajnuna mingħand il-ġirien għax toħroġ diżappuntat.
L-ewwel li trid tagħmel ħbieb mal-kelb.
Aħjar tagħmel ħbieb ma' dawk ta' madwar xi ħadd li trid mingħandu.
Aqta’ jiesek u berred bużbieżek.
Min ma jħobbokx mhux se jagħmillek pjaċiri.
Il-bniedem waħdu mhu xejn.
Għandna bżonn lil ħaddieħor biex ngħixu kuntenti.
Ġirienek f’darek, ġurdien f’għamarek.
Tagħtix kunfidenzi żejda lill-ġirien u ħu ħsieb il-privatezza ta' darek.
Aħjar tiswija ħażina milli sentenza tajba.
Aħjar issolvi kwistjoni barra mill-qorti biex ma teħilx flus żejda jekk ikollok tort.
Aħjar kisra sewda d-dar milli għasel għand il-ġar.
Tajjeb li tkun kuntent b'li għandek minflok tiddependi fuq ħaddieħor jew tixtieq tiegħu.
Bħalma lilek hekk lil għajrek.
Qis li tħobb lill-proxxmu tiegħek, bħalek innifsek.
Min jiġi merħba bih, min ma jiġix Alla jhennih.
Min ġie għandi fraħt bih, u min ma ġiex serraħli rasi għax ifisser li m'għandix inkwiet miegħu.
Ftit huma l-veri ħbieb.
Fil-ħajja mhux faċli ssib ħbieb ġenwini.
Min jitma fil-ġar xejn ma jitma’ lil tad-dar.
Tistenniex għajnuna mingħand il-ġirien għax toħroġ diżappuntat.
Kif tkejjel ikejluk.
Kif iġġib ruħek man-nies inti, hekk iġibu ruħhom huma miegħek.
Bil-kappell li kelli sellimtlek.
Għamilt għalik dak li stajt.
Min jerħi ruħu, jgħabbulu.
L-iblah li joqgħod għal kollox jagħmlu li jridu bih.