Itlob l-għajnuna meta jkollok bżonnha u għin meta jitolbuk l-għajnuna.
Qwiel relatati
Min jerħilek żenbilu, għabbilu.
Approfitta ruħek mill-iblah li joqgħod għal kollox u agħmel li trid bih. Żenbilu tfisser il-basket tiegħu.
Kulħadd għandu min iħobbu u min jobogħdu.
Ma jistax ikun li tkun maħbub minn kulħadd.
Billi tagħti tieħu.
In-nies jimxu miegħek skont kif timxi magħhom.
Min jobżoqlok f’wiċċek tistħix tobżoqlu f’wiċċu.
Tħallix min jagħmillek il-ħsara, iddefendi lilek innifsek.
Miġja tal-ġara ġġib il-ħsara.
Meta tara l-ġirien ġejjin iħabbtulek il-bieb, għid li ġej l-inkwiet.
