Daħħal sejfek f’għantek għax billi tagħti tieħu.Ittratta tajjeb lil ta' madwarek biex jagħmlu l-istess lilek.
Li ma tridx lilek lanqas imissek tridu lil għajrek.Ittratta lil ħaddieħor bħalma tittratta lilek innifsek - jiġifieri tajjeb.
Qis li ma ddendilx kusek ma’ bieb l-imgħallaq.Ara li ma jkollokx x'taqsam ma' min taf li jaqla' l-inkwiet. Kus (pl. kwies) ifisser vażett żgħir tal-fuħħar jew tal-ħġieġ.
Jekk ma taqbilx mal-ġar, biddel fis id-dar.Ġieli tant ikollok ġirien diffiċli li ma jkollokx għażla oħra ħlief li titlaq mit-triq.