L-iblah li joqgħod għal kollox jagħmlu li jridu bih.
Min irid jagħtik ma jistaqsikx l-ewwel jekk tridx.
Dejjem jagħtu donnhom kelb u qattus.
Ma jiqfux jiġġieldu.
Aħjar issuq erba’ żwiemel minn ħmar.
Aktar faċli tagħmilha ma' nies intelliġenti milli mal-injoranti.
Min dari jibgħathulek sħun, issa jibgħathulek biered.
Min qatt ma xtaqlek il-ġid qabel, mhux ser jixtieqlek il-ġid issa. Dari tfisser qabel.
Id-dinja katina, ħolqa wara ħolqa.
Kulħadd għandu bżonn l-għajnuna ta' ħaddieħor fid-dinja.
Billi tagħti tieħu.
In-nies jimxu miegħek skont kif timxi magħhom.
Kif iddoqqli niżfinlek.
Kif iġġib ruħek miegħi inti, inġib ruħi miegħek jiena.
Min ibaxxi għajnejh ma jħarsux u jtennu lejh.
Min jagħmel l-affarijiet tiegħu ma jistedinx kunfidenzi żejda.
Bla xaħam ma tvarax.
Fid-dinja għandek bżonn il-ħbieb u l-kuntatti biex tirnexxi.
Id-dinja katina, ħolqa wara ħolqa.
Kulħadd għandu bżonn l-għajnuna ta' ħaddieħor fid-dinja.
Jekk il-bniedem tagħtih il-kunfidenza idaħħlek fil-gradenza.
Il-kunfidenza żejda man-nies m'għandekx xi tridha, għax jistgħu jabbużaw minnek eż. billi jisirquk f'darek stess.
Min jiekol waħdu, jagħmel waħdu.
Min ma jagħti kas ta' ħadd u ma jgħin lil ħadd, ħadd ma jagħti kasu meta jkun fil-bżonn.
Kulħadd ikollu xi jgħid kultant.
Jiġu drabi fejn ma naqblux ma' xi ħadd u jkollna xi ngħidu.
Kif tiżra’ jinbitlek, kif issajjar tiekol.
Kif iġġib ruħek man-nies inti, hekk iġibu ruħhom huma miegħek.
Dejjem jagħtu donnhom kelb u qattus.
Ma jiqfux jiġġieldu.
Min jibża’ mill-għarnuq ma jiżrax ful.
Min ma jridx li n-nies jgħidu bih, m'għandux jgħid fuq in-nies.
Erħi lil kulħadd jimxi għal rasu.
Għix ħajtek u ħalli lil ħaddieħor bi kwietu.
L-imħabbat iħabbat lil min imiss miegħu.
Min ikollu l-inkwiet jew ikun iħobb jaqla' l-inkwiet, jagħmel ħajjet kull min ikollu x'jaqsam miegħu diffiċli wkoll.
Ladarba tbiegħed, nesa kulma wiegħed.
Il-wegħdiet malajr isiru u malajr jintesew.
Aqta’ jiesek u berred bużbieżek.
Min ma jħobbokx mhux se jagħmillek pjaċiri.
Ġar mill-agħar fil-qrib tiegħek huwa saħta mkaħħla miegħek.
Ġar li ma jkunx minn tagħna jagħmillek ħajtek wisq diffiċli.