qawl.mt

kategorija

is-saħħa

Terfax aktar milli tiflaħ.

M'għandek qatt tagħmel aktar xogħol jew taċċetta responsabbiltajiet aktar milli tiflaħ, għax ma tleħħaqx u tagħmel ħsara lil saħħtek.

Tajtu pesta u tani ċmajra.

Tagħti kemm tiflaħ bl‑abbundanza iżda toħroġ diżappuntat meta tieħu lura bil‑wisq inqas milli stennejt.

Tagħmilx aktar milli tiflaħ.

M'għandek qatt tagħmel aktar xogħol jew taċċetta responsabbiltajiet aktar milli tiflaħ, għax ma tleħħaqx u tagħmel ħsara lil saħħtek.

Sal-erbgħin il-qabar miftuħ.

Omm li tkun għadha kemm kellha tarbija, trid toqgħod attenta għal saħħitha fl-erbgħin jum ta' wara għax iċ-ċans li tmut ikun ikbar. Dan kien veru speċjalment dari, meta l-kura tas-saħħa ma kenitx avvanzata daqs tal-lum.

Id-duwa ogħla mix-xahar.

L-għajnuna soċjali li jagħti l-gvern kull xahar jaf ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-ħtiġijiet ta' min m'għandux ħafna flus. Duwa tfisser mediċina.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.