Aktar kemm ikollok, aktar tkun trid. Qatt mhu biżżejjed.
Qwiel relatati
Iċ-ċawl u l-għorab jiekol u ma jitma’.
Dawn l-għasafar jieklu u jiġbdu lejhom biss, bħal min hu xħiħ.
Min jiekol b’ixdqa tnejn fl-aħħar jifga u jibqa’ b’xejn.
Min jagħmel wisq għall-flus, xorta jispiċċa f'sitwazzjoni fejn jitlef kollox. Ixdqa huwa l-plural ta' xedaq.
Għawdxi żokrati l-gremxul ħasbu kavati.
L-Għawdxin rgħiba ħafna. Kavati tfisser ftira.
Min m’għandux xaba’ jifga.
Min hu rgħib ma jkunx jaf meta għandu jieqaf u jispiċċa jinqered.
Mewt ix-xħiħ bħal dbiħ il-ħanżir, il-werrieta ferħana se ttir.
Il-mewt ta' min hu xħiħ iġġib magħha l-ferħ, hekk kif il-werrieta jsibu x'jirtu wara mewtu.
