Il-kesħa tispiċċa f’April, u l-fjuri jwarrdu f’Mejju.
Qwiel relatati
Mejju żmien il-għana u d-dris, u fis-sodda tħoss il-qris.
Għalkemm in-natura tkun sabiħa f’Mejju, huwa wkoll żmien il-briegħed.
Mejju mirjieħ b’kull deni stennieh.
F’Mejju r-riħ jagħmel ħafna ħsara.
Lil min ommu tħobbu, ixxiddlu l-kabozza f’Mejju.
F'Mejju t-temp ma jkunx stabbli u għalhekk jeħtieġ li tilbes adattat. Kabozza hija tip ta' kowt.
Mejju kulma fih jirvina l-btieħ.
Ix-xita li tagħmel f’Mejju tirvina l-ġwież tal-annimali.
Minn mitt Mejju ma jgħaddix wieħed li ma jagħmilx xita.
F'Mejju tagħmel ix-xita, żgur mhux forsi.
