Evita li tmur fejn diġà taf li ser issib l-inkwiet.
Qwiel relatati
Min iħares bgħid jaqa’ qrib.
Min jinkwieta fuq dak li għad jiġri fil-futur jispiċċa ma jsolvix il-problemi li għandu issa. Bgħid tfisser 'il bogħod.
Jekk il-pest irid fils minnek, tnejn agħtih inkella jieħdok.
Żomm 'il bogħod minn min iħobb jaqla' l-inkwiet. Pest hija l-marda tal-pesta u fils huwa tip ta' munita antika.
Il-ħabs mimli bl-innoċenti u l-kannierja bil-kaġuni.
Hemm min l-ewwel jaqla' l-inkwiet imbagħad jgħid li ma kienx tort tiegħu, bħal xi ħadd li jgħid li spiċċa l-ħabs bla ħtija imma li l-vittma tiegħu tkun spiċċat fil-kannierja (post fejn kien jintefa' l-għadam tal-mejtin).
Kulħadd iħoss tiegħu.
Kulħadd l-inkwiet tiegħu jara, mhux tal-oħrajn.
Min iħobb il-bajtar xitli ma jridx jibża’ mix-xewk; min iħobb mara miżżewġa ma jridx jibża’ minnha l-mewt.
Min isir iħobb mara miżżewġa jidħol f'ħafna inkwiet u għandu jkun lest ibati l-konsegwenzi tal-għira ta' żewġha.
