Kulħadd jaf jiffanfra bl-affarijiet ta’ ħaddieħor.
kategorija
in-nies
Aħjar għajrek minn dellek.
Meta tiġi bżonn, il-ġirien ġieli ssibhom iżjed minn ommok.
Aħjar ħobż xott f’darek milli frisk għand ġarek.
Tajjeb li tkun kuntent b’li għandek minflok tiddependi fuq ħaddieħor jew tixtieq tiegħu.
Aħjar kisra sewda d-dar milli għasel għand il-ġar.

Aħjar tgħix ġo girna waħdek milli f’palazz man-nies.
Aħjar tiegħek f’tiegħek f’ambjent umli milli f’ambjent sabiħ fejn ikollok isseffaq wiċċek man-nies.
Aħjar toqgħod f’gorboġ b’bieb għalik milli f’dar il-qabla, min ġej u min sejjer.

Bħalissa aħjar inti minn dajjaret xbinti.
F’sitwazzjoni ta’ urġenza min jinzerta ħdejk jista’ jtik l-ewwel għajnuna.
Bħalma lilek hekk lil għajrek.
Qis li tħobb lill-proxxmu tiegħek, bħalek innifsek.
Erfa’ salibek u ħallik min-nies.
Ara l-affarijiet tiegħek u ħalli lil ħaddieħor bi kwietu.
Tikxifx għajnek man-nies.
Tmurx tikxef il-ħajja privata tiegħek man-nies.
Tindaħalx fejn ma jesgħekx.
Agħmel l-affarijiet tiegħek u ħalli lil ħaddieħor bi kwietu.
kategorija
in-nies
Bi ħwejjeġ ħaddieħor kulħadd galantom.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.