Fi żmien San Anard qis li tiżra’ kull fejn tista’. San Anard jiġi fis-6 ta’ Novembru.
Kategorija: il-ħaxix
Għal San Anard ibża’ għall-art, għax it-tgħaffiġ jagħmlilha l-mard.
Fi żmien San Anard, tirfisx fuq il-ħamrija biex ma tagħmilx ħsara lill-ħxejjex. San Anard jiġi fis-6 ta’ Novembru.
Ġidra ta’ Jannar agħtiha ‘l-ħmar.
Il-ġidra tixrief f’Jannar u ma tkunx tajba għall-ikel.
Brunġiela fi żmienha, għas-suq qatt ma tkun wisq għammiela.
Aktar ma jkun hemm abbundanza ta’ brunġiel fi żmienu, inqas ikun sabiħ u għalhekk ma jibqax jiswa daqstant.
It-tfal bħall-ħabaq, jimirdu u jfiqu malajr.
It-tfal jimirdu spiss imma malajr jgħaddilhom.
San Mattew qtigħ ir-rummien u żriegħ it-tewm.
F’San Mattew għandu jinqata’ r-rummien u jinżara’ t-tewm. San Mattew jiġi fil-21 ta’ Settembru.
F’San Bartilmew aqta’ l-ħarrub u iżra’ t-tewm.
Lejn San Bert għandu jinqata’ l-ħarrub u jinżara’ t-tewm. San Bert jiġi fl-24 ta’ Awwissu.
F’Diċembru jkissru u jxellfu qabel iċemplu.
Il-bdiewa jieħdu ħsieb iż-żebbuġ f’Diċembru.
F’Novembru jaqgħu, ikissru u jżemblu.
Iż-żebbuġ jinġabar f’Novembru.
Mejju jimliena bil-kappar.
F’Mejju jilħaq il-kappar.
Fi Frar il-kaboċċi tiha ’l-ħmar.
Il-kaboċċi mhumiex tajbin għall-ikel fi Frar.
Iżra’ l-kemmun f’Jannar u bigħu bil-qantar.
Il-kemmun għandu jinżara’ f’Jannar biex jagħti bil-kotra.
F’Jannar il-ġidra agħtiha ʼl-ħmar.
Il-ġidra tixrief f’Jannar u ma tkunx tajba għall-ikel.