Għalkemm in-natura tkun sabiħa f’Mejju, huwa wkoll żmien il-briegħed.
Kategorija: Mejju
Mejju x-xahar tad-diżgrazzji.
Superstizzjoni Maltija. Kienu jemmnu li d-diżgrazzji f’Mejju jinqalgħu.
Mejju mirjieħ jaqleb il-wiċċ u l-qiegħ.
F’Mejju r-riħ iċaqlaq il-baħar u joħloq ħafna maltemp.
Mejju mirjieħ b’kull deni stennieh.
F’Mejju r-riħ jagħmel ħafna ħsara.
Mejju bla riħ, il-biedja tifraħ bih.
Ir-riħ ta’ Mejju jirvina l-uċuħ tar-raba’, aħjar mingħajru.
Mejju l-imhejjem t’ommu.
Bħal tifel imfissed, Mejju jħawwad ħafna fit-temp.
Mejju l-iblah t’ommu.
Bħal tifel imfissed, Mejju jħawwad ħafna fit-temp.
Mejju kulma fih jirvina l-btieħ.
Ix-xita li tagħmel f’Mejju tirvina l-ġwież tal-annimali.
Mejju jimliena bil-kappar.
F’Mejju jilħaq il-kappar.
Mejju ħobża u sikkina għax kull ġid jagħtina.
F’Mejju jilħaq l-ewwel frott u nieħdu pjaċir bih.
Mejju daqs ġuvni ħlejju.
Mejju huwa xahar sabiħ ħafna.
F’Mejju kollox jinxef sal-plejju.
Kollox jinxef f’Mejju.
F’Mejju aħsad imqar kien plejju.
Ix-xgħir jinħasad f’Mejju.
Mejju bil-minġel u bil-kabozza.
Il-ħsad isir f’Mejju. Kabozza hija għamla ta’ kowt.
Mejju xahar il-fjuri, fih il-għomma tibda turi.
F’Mejju tibda s-sħana.
April imut bil-bard u Mejju jrid il-ward.
Il-kesħa tispiċċa f’April, u l-fjuri jwarrdu f’Mejju.
April jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuri.
Ċerti nies jieħdu l-mertu tax-xogħol li jkun sar minn ħaddieħor.
April imut bil-bard u Mejju jrid il-ward.
Il-kesħa tispiċċa f’April, u l-fjuri jwarrdu f’Mejju.