Ħobż il-fqir gerbubi u trid tiġri biex tilħqu.Min ma jaqlax biżżejjed flus diffiċli jgħajjex il-familja. Gerbubi tfisser tond.
Min jitrabba fl-għażż jitbiżżel fil-ħjieġ.Min hu għażżien xorta waħda jiġi bżonn (= il-ħjieġ) il-flus u jkollu jaħdem (= jitbiżżel) bħal ħaddieħor.
Kollox sewwa sakemm il-ħobż ikun id-dar.Sakemm għandek xogħol li qed iqallgħek x'tiekol, m'hemmx problema.
Il-bniedem ħaddmu għal rasu biex tkun taf x’jiswa.Tara bniedem kemm hu kapaċi meta tħallih jagħmel biċċa xogħol waħdu.
Meta għandek maħbeż la żżidx ieħor, ħallih jaħbeż.Meta jkollok furnata ħobż (= maħbeż) qiegħda tinħema, stennieha qabel tibda oħra, bl-istess mod li għandek taqbad biċċa xogħol oħra ladarba tlesti dik li għandek f'idejk issa.
Għejien ix-xogħol huwa s-sabar.Biex ix-xogħol isir sew, irid isir bil-paċenzja. Għejien tfisser assistent.