Iż-żmien jistieden il-ħerba f'darna u jxejjaħna.
Għalina l-Għid il-Kbir meta missierna jidboħ il-ħanżir.
L-għaqal bin iż-żmien.
It-tiġrib tal-ħajja jagħmilna iżjed għaqlija.
Mard il-kobor m’hemmx duwa għalih.
Ix-xjuħija ma tistax tfejjaqha.
Iż-żmien itaffi.
Iż-żmien itaffi l-weġgħat tal-passat.
Biż-żmien kollox jintesa.
L-affarijiet jintesew biż-żmien.
Il-bniedem jikber u l-qalb tiċkien.
Aktar kemm nixjieħu, aktar inħossuhom l-emozzjonijiet.
Iż-żmien jiġri fuq id-debba.
Iż-żmien malajr jgħaddi.
Iż-żmien jagħmel is-susa.
Biż-żmien kollox jispiċċa.
Marret is-sena u l-ġdida għoddha mibdija, niżżu ħajr lil Alla u r-risq u l-barka lil kulħadd.
Inroddu ħajr lil Alla għas-sena li għaddiet u għas-sena li ġejja.
Approfitta ruħek miż-żmien.
Taħlix żmien, użah tajjeb.
Ħadt il-ġmiel, il-flus u ż-żgħożija u ma baqagħlix ħlief l-inxiefa u l-kruhija.
Iż-żmien kollox jeħdilna bil-mod il-mod.
Biż-żmien kollox jissewwa.
L-affarijiet jitranġaw biż-żmien.
Iż-żmien itaffi.
Iż-żmien itaffi l-weġgħat tal-passat.
Kull jum jitrod l-ieħor u ġimgħa titrod l-oħra.
Iż-żmien malajr jgħaddi. Jitrod, mill-verb tarad, tfisser isegwi.
Bil-qajla l-qajla ssir il-bqajla.
Biż-żmien kollox isir.
Iż-żmien jiġri fuq id-debba.
Iż-żmien malajr jgħaddi.
Fid-dinja kollox jgħaddi.
Iż-żmien itaffi l-uġigħ u jnessihulna.
La ż-żmien itul il-qrun idur.
Ċerti fehmiet u drawwiet jinbidlu maż-żmien.
Insa l-warrani u aħseb f’li ġej.
Li ġara fil-passat tagħtix kasu iżjed, u aħseb fil-futur minflok.
Maż-żmien kollox jeqdiem.
Xejn ma jibqa' ġdid biż-żmien.
L-inbid ħalib ix-xjuħ.
Ix-xjuħ iħobbuh ħafna l-inbid.