Il-kaċċa tkun spiċċat sa żmien il-Milied.
F’San Martin inkissru l-lewż, fil-Milied naqsmuh.
F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba.
Kategoriji: Diċembru | il-festi | il-qaddisin | ir-reliġjon | it-tradizzjoni | ix-xhur | l-ikel
Qwiel relatati
Il-Milied iġib il-ħelu.
Fil-Milied ikollna diversi tipi ta' ħelu, bħall-kejk tal-Milied, il-pudina, eċċ.
Meta l-Milied taħt il-bejt, l-Għid fuq il-bejt.
Meta jagħmel temp ikrah fil-Milied, fl-Għid ipattilu u jagħmel bnazzi.
Fil-Milied nieklu tliet darbiet.
Dari kienu jsumu lejliet il-Milied, u b’hekk l-għada kulħadd kien ipattilu bil-kbir.
Bejn il-Qala u l-Milied erfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied.
Bejn il-festa tal-Kunċizzjoni tal-Qala u jum il-Milied, m'għandhiex titħalla għodda fir-raba'.
F’Diċembru fis-sala jidħol membru.
Diċembru l-aħħar membru li jingħaqad mal-membri (ix-xhur) l-oħra biex b’hekk tingħalaq is-sena.
