Aħjar tgħix ħajja ta’ fqir milli tkun tal-flus u mifni bl-inkwiet.
kategorija
l-inkwiet
Aħjar torqod bil-ġuħ milli tkun midjun.
Il-ġuħ tissaportih, iżda l-għawġ li tidħol fih minħabba d-dejn diffiċli iżjed tissaportih.
Anqas ma wieħed ikollu f’din id-dinja, aħjar.
Aktar kemm ikollok flus, aktar ikollok inwkiet. Mela aħjar ikollok inqas.
Flusek mitraħ tax-xewk.
Il-flus iġibuk f’inkwiet kbir. Mitraħ huwa saqqu.
Id-debba l-ġerrejja jekk ma tkunx l-ewwel dis-sena tieħu li ġejja.
In-nisa irresponsabbli xi dabra għad jispiċċaw f’inkwiet kbir.
Fejn ix-xemx ma turix ma ssaħħanx.
Biex issolvi problema jeħtieġ li tieħu azzjoni.
Lill-ħażin agħtih biċċa minn dejlek u erħilu jmur.
Aħrab il-ħażin u lil min jaqla’ l-inkwiet. Dejlek tfisser id-dublett tiegħek.
Fil-klomi xi ħaġa stenna.
Meta kollox ikun kwiet iżżejjed, ħejji ruħek għax ikun ġej il-maltemp. Il-klomi hija l-kalma perfetta tal-baħar.
Lill-pastaż agħtih biċċa minn dejlek u erħilu jmur.

Fix-xita, bil-bieb miftuħ dejjem tidħol ir-raxxa.
Meta l-inkwiet ma tilqagħlux ikollok tbati l-konsegwenzi.
Il-ħbieb sal-bieb.
Il-kunfidenzi żejda m’għandekx xi tridhom, għax inkwiet iġibu magħhom.
Il-muluda stabret u l-qabla ħterqet.
Kollox ta’ taħt fuq, bħall-omm li qed tiled (= il-muluda) li minflok tgħajjat bl-uġigħ tikkalma u l-qabla (= il-majjistra) li minflok iżżomm il-kalma taqbad tistressja (= ħterqet).
Il-qabla tgħajjat u l-muluda siekta.
Kollox ta’ taħt fuq, bħall-omm li qed tiled (= il-muluda) li minflok tgħajjat bl-uġigħ tibqa’ siekta u l-qabla (= il-majjistra) li minflok iżżomm il-kalma taqbad tgħajjat.
Dar ta’ ksir il-għonq tħarisx lejha.
Tiżżewwiġx lil min għandu l-inkwiet fil-familja.
Min iħoss toqlu ma jħossx tal-oħrajn.
Min għandu ħafna problemi ma jimpurtahx mill-problemi ta’ ħaddieħor.
Aħjar tħawwad moħħok minn soddtok.
Solvi l-problemi qabel ma tmur torqod.
Biex bniedem ma jkollux inkwiet f’ħajtu hemm bżonn li ma jitwelidx.
L-inkwiet parti mill-ħajja.
Blata mxebbgħa tnixxi.
Min ikun qed jinkwieta jasal punt fejn jiftaħ qalbu ma’ xi ħadd.
B’mitt elf sena ħsieb ma tixtrix galletta.
L-inkwiet ma jwasslek imkien.
B’mitt sena ħsieb ma tiftaħ ebda bieb.
Għalxejn taħseb u tinkwieta għax imkien ma tasal.
B’mitt sena ħsieb ma traqqax geżwira.
Wettaq dak li tkun ippjanajt.
Aħjar kemm int ġifa minn kemm int raġel.
Aħjar tilgħabha tal-iblah u tevita l-inkwiet milli tipprova toħroġ ta’ bravu u tbati l-konsegwenzi.
Fejn tara l-għajn ħażina terġax tmur.
Evita li tmur fejn diġà taf li ser issib l-inkwiet.
Fejn tidħol il-għajn bil-għawġ sigħajn.
Superstizzjoni: min jgħajjen joħloq l-inkwiet.
Fl-aħħar tal-mazzita ssib il-qanċlita.
Wara li kollox ikun mar sew, fl-aħħar naqra jinqala’ l-inkwiet.
Fl-aħħar tal-mazzita ssib iż-żbiba.

L-imħabbat iħabbat lil min imiss miegħu.
Min ikollu l-inkwiet jew ikun iħobb jaqla’ l-inkwiet, jagħmel ħajjet kull min ikollu x’jaqsam miegħu diffiċli wkoll.
Għaddi ’l bogħod minn min ikisser il-ħatab, miż-żebbiegħ u mill-bajjad.
Jekk tmiss ma’ ċertu tip ta’ nies tispiċċa fl-inkwiet.
L-inkwiet tal-ġara wara denb il-ħara.
Xi kultant bilfors jinqala’ xi inkwiet mal-ġirien.
Għam il-baħar kollu u għereq fil-port.
Ma ħelishiex: irnexxielu jegħleb biċċa inkwiet, biex issa reġa’ sab inkwiet ieħor ma’ wiċċu.
Għasfur ġerrej fix-xibka jeħel qisu mhu xejn.
L-inkwiet iġġibux b’idejk.
Għasfur li jħobb jiġġerra, dur dur jinqabad.
L-inkwiet iġġibux b’idejk.
Miġja tal-ġara ġġib il-ħsara.
Meta tara l-ġirien ġejjin iħabbtulek il-bieb, għid li ġej l-inkwiet.
Għasfur li jħobb jiġġerra, jew għad jagħli jew jisferra.
L-inkwiet iġġibux b’idejk.
Ħadd ma jixħet in-nar ġo ħobbu.
Ħadd ma jġib l-inkwiet b’idejh stess.
Ħeles mill-miżieb u weħel fil-qattara.

Min iqalleb jitqalleb.
Min il-ħin kollu jdawwar fehmtu għax ma jkollux l-ideat ċari, jispiċċa joħloq l-inkwiet.
Min ġie ferraħni, min ma ġiex serraħni.
Min ġie għandi fraħt bih, u min ma ġiex serraħli rasi għax ifisser li m’għandix inkwiet miegħu.
Ibża’ minn min hu battal.
Xi ħadd li ma jkollux x’jagħmel warrablu, għax malajr iġibek fl-inkwiet.
Id-demla tfaqqas id-dmiemel.
Ftit inkwiet isir ħafna inkwiet jekk ma tiħux ħsieb. Demla (pl. dmiemel) tfisser ulċera.
Id-dinja hekk imqassma: lil dan is-sliem, lil dak il-ħrieb u lilna l-hemm.
Trid taċċetta li l-inkwiet parti mill-ħajja. Ħrieb tfisser inkwiet u hemm tfisser għawġ.
Id-dinja kollha kuntrarju.
L-inkwiet parti mill-ħajja.
Id-dinja kollha slaleb.
L-inkwiet parti mill-ħajja.
Id-dinja ta’ min jaf jeħodha.
Min jaf jieħu l-ħajja kif tiġi jkollu inqas inkwiet.
“M’isbaħ l-indafa,” qalet il-Maħmuġa.
L-indafa kulħadd japprezzaha, bl-istess mod li aħjar tevita l-inkwiet u ma tiċċappas b’xejn. M’isbaħ tfisser m’hemmx isbaħ minn.
Id-dinja tilgħab magħha u tirbaħlek.
Id-dinja fiha ħafna inkwiet u problemi li għalkemm nagħmlu li nistgħu niex niqfulhom, fl-aħħar mill-aħħar xorta nispiċċaw telliefa.
Il-bniedem l-inkwiet joqtlu mhux ix-xogħol.
Huwa l-inkwiet li jagħmel ħsara lill-bniedem, mhux ix-xogħol.
La mara u lanqas tfal, u la kera u lanqas dar.
Raġel li ma jiżżewwiġx ma jkollux inkwiet.
Il-bniedem qatta xewk.
Il-bniedem l-inkwiet jivvintah.
Il-forsi raġel ħażin.
Id-dubji dejjem sors ta’ inkwiet.
Kulħadd taħt saqaf wieħed.
Kulħadd irid iseffaq wiċċu mal-problemi tal-ħajja.
Il-ħabs mimli bl-innoċenti u l-kannierja bil-kaġuni.
Hemm min l-ewwel jaqla’ l-inkwiet imbagħad jgħid li ma kienx tort tiegħu, bħal xi ħadd li jgħid li spiċċa l-ħabs bla ħtija imma li l-vittma tiegħu tkun spiċċat fil-kannierja (post fejn kien jintefa’ l-għadam tal-mejtin).
Kulħadd taħt sema wieħed.

Ilma qiegħed la tqanqlux għax jinten.
L-inkwiet evitah, mhux tmur tfittxu.
Il-mistrieħ jitbiegħed u l-għali joqrob.
Kulħadd ifittex li jgħix kuntent, iżda l-inkwiet ma jħalliniex bi kwietna.
Il-qaħba ruħha dejjem imsaħħba.
Il-prostituti jagħmlu xogħol li jwassal għall-inkwiet.
Imxi għal atar il-fenek u ssiblu l-bejta.
Biex issolvi problema darba għal dejjem, ara minn fejn hi ġejja. Atar huma t-traċċi.
In-nar minn xrara jieħu.
L-inkwiet minn affarijiet żgħar jibda.
Is-swied il-qalb qatel bosta nies.
L-inkwiet u d-dwejjaq kapaċi jkollhom effett ikrah ħafna fuq il-bniedem, li jista’ saħansitra jwassal għall-mewt.
Jekk il-pest irid fils minnek, tnejn agħtih inkella jieħdok.
Żomm ’il bogħod minn min iħobb jaqla’ l-inkwiet. Pest hija l-marda tal-pesta u fils huwa tip ta’ munita antika.
Jekk jista’ jkun eqred sal-irmied tal-kenur.
Biex tneħħi biċċa inkwiet minn fuq moħħok, ara li ssolvi l-problema mill-qiegħ.
Jekk tara, u fejn tara, għajn ħażina tersaqx.
Warrab meta tara li ġej l-inkwiet.
Karta bil-ġmied iġġib il-ġlied.
It-testment (= karta bil-ġmied) dejjem joħloq ħafna problemi bejn il-werrieta.
Kulħadd iħoss tiegħu.
Kulħadd l-inkwiet tiegħu jara, mhux tal-oħrajn.
Kulħadd salibu.
Kulħadd għandu l-inkwiet tiegħu ma’ xiex iseffaq wiċċu.
Il-mistrieħ fil-qabar.
L-inkwiet jieqaf għalkollox meta mmutu.
Kulma jkollok għall-inkwiet.
Kollox fil-ħajja joħloqlok l-inkwiet, tista’ ma tara xejn.
La kull hemm jhemm u la kull semm isemm.
Il-problemi fil-ħajja huma sors ta’ tagħlim. Hemm tfisser ħsara u jhemm huwa verb li jfisser tagħmel ħsara. Semm tfisser velenu u jsemm huwa verb li jfisser tivvelena. Mela mhux kull ħsara tagħmel ħsara u mhux kull velenu jivvelena.
Il-ħsieb jaf jifni u jtemm il-bniedem.
Il-ħafna inkwiet tieħdu minn saħħtek u joqtlok.
La l-għoqda tasal fil-moxt, jew tinqata’ l-ħajta jew tinkiser is-sinna.
Kull biċċa inkwiet teskala sat-tali punt li l-affarijiet ikollhom jew imorru f’ċerta direzzjoni jew f’oħra.
L-għali bigħu mhix tixtrih.
L-inkwiet żomm ’il bogħod minnu u mhux tistiednu b’idejk.
L-għali bigħu mhux ixtrih.
L-inkwiet teħles minnu trid, mhux tistiednu.
L-għali jiġi waħdu.
Qatt ma tobsor meta l-inkwiet jiġi fuqek.
L-għali jkun imsiefer u jiġi fuqek bla waqt.
L-inkwiet jiġi fuqek mingħajr ma tkun qed tistennieh.
L-għali jkun imsiefer.

L-għali ma jħallasx dejn.
L-inkwiet ma jsolvix problemi, eħles minnu.
L-għali u l-maltemp jiġu bla ma tibgħat għalihom.

L-għorab bi ħsieb oħrajn swied.
Ħu ħsieb l-inkwiet tiegħek u ħallik mill-inkwiet ta’ ħaddieħor.
L-hemm jiġi bil-ħemel u jmur bl-uqija.
L-inkwiet jitqabbel mal-mard, jiġi meta ma tkunx qed tistennieh u jdum biex jgħaddi. Ħemel tfisser tagħbija kbira. Uqija hija kejl tal-użin (ounce).
Sa l-għasafar fil-bejta jkollhom xi jgħidu.
It-tilwim u l-ġlied huma komuni ħafna.
Ma ma jridx joqgħod tajjeb, il-ħażin ma jonqsux.
Tmurx tfittex l-inkwiet għax malajr issibu.
Meta jinxfu l-għejun, ikunu nixfu.
Ladarba jibda l-inkwiet ma jkun irid jieqaf b’xejn.
Meta niftakar fiex jien, ninsa kif kont.
Dak li qed jinkwetani bħalissa nessieni l-inkwiet kollu ta’ qabel.
Meta tiġi iftħilha l-bieb.
Ladarba jibda l-inkwiet, tistħajlu mhu ser jieqaf qatt.
Meta t-tiġieġ imorru fuq in-nuħħala jgerfxuha.
Xi nies jaqilgħu l-inkwiet kull fejn imorru.
Meta t-titwib hu għali għali, jew il-ħall ħażin jew il-botra għali.
Superstizzjoni li meta tittewweb b’ħalqek miftuħ, sinjal li tkun ser tiġri xi ħaġa kerha jew ikun ġej xi korriment (= botra) fit-tqala.
Min għandu l-għali jiekol ir-ross bil-labra.
Min ikun inkwetat jaqta’ l-aptit u bilkemm jiekol.
Min idaħħal il-lifgħa f’kommtu ttemmu.
Min imur ifittex l-inkwiet, isibu u jbati ħafna.
Min ifittex ksur il-għonq isibu dlonk.

Min jgħid wisq ftit fih risq.
Min jitkellem ħafna u bl-addoċċ iġib l-inkwiet.
Min jgħid wisq jagħlet.
Min jitkellem ħafna u bl-addoċċ jiżbalja (= jagħlet).
Min iħares bgħid jaqa’ qrib.
Min jinkwieta fuq dak li għad jiġri fil-futur jispiċċa ma jsolvix il-problemi li għandu issa. Bgħid tfisser ’il bogħod.
Min iħobb il-bajtar xitli ma jridx jibża’ mix-xewk; min iħobb mara miżżewġa ma jridx jibża’ minnha l-mewt.
Min isir iħobb mara miżżewġa jidħol f’ħafna inkwiet u għandu jkun lest ibati l-konsegwenzi tal-għira ta’ żewġha.
Min irabbi l-klieb ma jkunx raġel tal-ħsieb.
Min irabbi l-klieb ma jkollux inkwiet, mhux bħal min irabbi t-tfal.
Min jibża’ li jismar ma jmurx fix-xemx.
L-inkwiet m’għandekx xi tridu.
Min jibża’ li jismar ma joqgħodx fix-xemx.
L-inkwiet m’għandekx xi tridu.
Min jibża’ mill-weraq m’għandux imur fil-bosk.
L-inkwiet m’għandekx xi tridu.
Min jittarraf jiġġarraf.
Min imur ifittex il-periklu jew l-inkwiet malajr isibu.
Min ma jridx jibtell ma joħroġx fix-xita.
Min ma jridx inkwiet m’għandux iġibu b’idejh. Jibtell tfisser jixxarrab.
Min ma jridx l-inkwiet, jieħu d-dinja kif tiġih.
Biex tevita l-inkwiet, ħu l-ħajja kif tiġik u toqgħodx tissielet kontra l-kurrent.
Mir-raġġ jiġi l-ġlied.
Miċ-ċajt goff (= ir-raġġ) jinqala’ l-ġlied.
L-isbaħ l-indafa, qal Maħmuġa.
L-indafa kulħadd japprezzaha, bl-istess mod li aħjar tevita l-inkwiet u ma tiċċappas b’xejn.
Mitt jien, miet kulħadd.
Tinkwetax iżżejjed għax ladarba mmutu, kollox jispiċċa.
Mitt sena ħsieb ma jħallasx sena kera.

Qis li ma ddendilx kusek ma’ bieb l-imgħallaq.
Ara li ma jkollokx x’taqsam ma’ min taf li jaqla’ l-inkwiet. Kus (pl. kwies) ifisser vażett żgħir tal-fuħħar jew tal-ħġieġ.
Neħtieġu s-sabar sal-qabar.
Nitolbu lil Alla jagħtina l‑paċenzja naffrontaw il‑ħajja sa mewtna.
Meta jkollok xi kankru bil-mod teħles minnu.
Meta jkollok problemi kbar, fosthom dawk ta’ saħħa, idumu biex jissolvew.
Nistenna l-wens iwennisni, iberraq għajnejh u jkexkixni.
Il-ħajja mimlija problemi u l-wens ma jasal qatt għax ikollna wisq inkwiet.
Nistennew dejjem il-faraġ u salibna tiela’ t-taraġ.
Naħsbu li se neħilsu mill-problemi imma le; anzi, ikomplu jiżdiedu.
Tmur fejn tmur salibek jistenniek.
Il-problemi u l-inkwiet li jkollok ma taħrabx minnhom faċilment għax isegwuk kullimkien.
Nistennew il-faraġ joqrob u aktar jitbiegħed.
Naħsbu li se neħilsu mill‑problemi imma le; anzi, ikomplu jiżdiedu.
Qalb mimlija ġġiegħel il-fomm jitbewwaq.
Min ikollu ħafna inkwiet jew qalbu sewda jkollu bżonn jiftaħ qalbu ma’ xi ħadd biex isib serħan jew kelma ta’ faraġ.
Omm il-ġifa qatt ma tagħli.
Min jilgħabha tal-baħnan jaħrab minn ħafna inkwiet. Ġifa tfisser iblah jew baħnan, li ommu ma tkun tista’ tgħidlu jew tqabbdu xejn.
Qatt issiefer kontra r-riħ.
Jekk timxi mal-kurrent u tħares ir-regoli, inqas għandek ċans li tispiċċa fl-inkwiet.
Omm il-maqtul sogħbiena iżda omm l-imhedded ħosbiena.
Min isib ruħu fl-inkwiet, ikun qiegħed jaqla’ l-inkwiet ukoll għal dawk ta’ madwaru li jħobbuh.
Oqgħod kwiet għax tiġi x-xita u jagħmel il-wied.
Rażżan ilsienek biex ma toħloqx inkwiet.
Qatt tagħti lok għall-ħsieb ħażin.
Keċċi l-ħsibijiet ħżiena li jiġuk f’moħħok għax jagħmlulek ħajtek miżerja.
Qalb maqsuma fi tnejn, ġlied bis-sikkina jew bl-idejn.
Meta tħobb aktar minn mara waħda jew raġel wieħed, lesti ruħek għal ħafna inkwiet.
Qatt tinfaxxa rasek qabel ma taqsamha.
Toqgħodx tinkwieta fuq xi ħaġa qabel ma sseħħ verament.
Qrunu kulħadd urah u tiegħu ħadd ma jarah.
Kulħadd jindaħal fl-inkwiet u l-problemi ta’ ħaddieħor, u tiegħu ħadd ma jarah.
Rajt ma rajtx u smajt ma smajtx.
Dak li rajt u smajt żommu għalik u tgħid xejn lil ħadd biex ma tidħolx f’inkwiet.
Ras bla ħsieb torqod mat-tiġieġ u tqum mal-klieb.
Min m’għandux inkwiet fuq moħħu jorqod kmieni u jqum tard.
Ras bla ħsieb, sorm frisk.
Min ma jinkwieta fuq xejn jgħix kuntent, bħal warrani li qatt ma jaqbdu l-ħakk.
Ras bla ħsieb, tina bla ġarab.
Min ma jinkwieta fuq xejn jgħix kuntent, bħal warrani (tina) li qatt ma jaqbdu l-ħakk (ġarab).
Sa għonqu fl-ilma u jrid jidden.
Għandu ħafna problemi u xorta waħda jrid jagħmel l-arja.
Tingaġġax u timpiċċkax biex deni ma tarax.
Toqgħodx tindaħal fl-affarijiet ta’ ħaddieħor biex ma tispiċċax tidħol fl-inkwiet. Timpiċċkax tfisser tindaħalx.
Sabbar lill-imjassrin.
Lil min tarah inkwetat jew għandu l-problemi, għinu.
Tagħmilha tal-ħmar biex ma tħallasx dwana.
Min jilgħabha tal‑baħnan jaħrab minn ħafna inkwiet jew responsabbiltajiet.
Taħsibx fil-bogħod għax taqa’ fil-qrib.
Min jinkwieta fuq dak li għad jiġri fil‑futur jispiċċa ma jsolvix il‑problemi li għandu issa.
Tersaqx fejn hemm l-ilma mdardar.
Aħrab ’il bogħod fejn tara li hemm l-inkwiet.
Tixtrix l-għali b’idejk.
Iġġibx inkwiet b’idejk stess.
Tneħħi l-inkwiet mid-dinja ma jibqa’ xejn.
Tant hawn inkwiet u problemi fid-dinja li t-tajjeb u s-sabiħ kultant diffiċli tarahom.
Tressaqx in-nar lejn il-polvri.
Iġġibx inkwiet b’idejk stess.
Xogħol u sabar sa ġol-qabar.
Il-bniedem magħmul biex iqatta’ ħajtu kollha jaħdem u jieħu paċenzja bil-problemi li jħabbat wiċċu magħhom.
Xejn ma jiswa li tħobbni jekk tgħallini.
Lil min tħobbu tassew ma tinkwetahx.
kategorija
l-inkwiet
Aħjar ħobż u ġobon milli torta inkwiet.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.