Meta tiġi bżonn, il-ġirien ġieli ssibhom iżjed minn ommok.
kategorija
il-ġirien
Aħjar ħobż xott f’darek milli frisk għand ġarek.
Tajjeb li tkun kuntent b’li għandek minflok tiddependi fuq ħaddieħor jew tixtieq tiegħu.
Aħjar ġara fil-qrib minn ommok bgħid.

Aħjar kisra sewda d-dar milli għasel għand il-ġar.

Aħjar tiġġieled m’ommok milli mal-ġar.
Ma’ tal-familja l-affarijiet jitranġaw malajr, mal-ġirien mhux daqshekk, anzi jkollok tibqa’ sseffaq wiċċek magħhom.
Bieb ma’ ġenbek aħjar minn waħdek.
F’każ li jinqala’ xi ħaġa, taf li għandek il-ġirien ħdejk.
Ġar mill-agħar fil-qrib tiegħek huwa saħta mkaħħla miegħek.
Ġar li ma jkunx minn tagħna jagħmillek ħajtek wisq diffiċli.
Ġirienek f’darek, ġurdien f’għamarek.
Tagħtix kunfidenzi żejda lill-ġirien u ħu ħsieb il-privatezza ta’ darek.
Ħobb lil ġarek iżda ddaħħlux f’darek.
M’hemmx kunfidenzi żejda mal-ġirien.
Il-ġara tgħallmek tgħammar.
In-nies ta’ madwarek jgħallmuk kif tħares l-interessi tiegħek.
Il-ġara tgħallmek tgħix.

Il-ġirien tagħżel il-ġirien.
Inti tagħżel liema ġirien tkellem, jaf ikun hemm uħud li ma taħmilx.
Il-ħaġa tiegħi titkellem u minn tal-ġara mank tissellem.
Meta titlob l-għajnuna lill-ġirien ma tasalx, iżda meta jkollhom bżonn l-għajnuna huma jistennewha mingħandek.
Jekk ma taqbilx mal-ġar, biddel fis id-dar.
Ġieli tant ikollok ġirien diffiċli li ma jkollokx għażla oħra ħlief li titlaq mit-triq.
Jekk mill-ħġieġ magħmula darek, titfax ħaġar lil ta’ ġarek.
Tgħajjarx lil ħaddieħor bid-difetti tiegħu, għax inti wkoll għandek id-difetti tiegħek.
L-inkwiet tal-ġara wara denb il-ħara.
Xi kultant bilfors jinqala’ xi inkwiet mal-ġirien.
Miġja tal-ġara ġġib il-ħsara.
Meta tara l-ġirien ġejjin iħabbtulek il-bieb, għid li ġej l-inkwiet.
Min jiġi merħba bih, min ma jiġix Alla jhennih.
Min ġie għandi fraħt bih, u min ma ġiex serraħli rasi għax ifisser li m’għandix inkwiet miegħu.
Mort għand il-ġara biex nistrieħ, għamlitli l-karwata fil-bieb.
Mingħand il-ġirien m’intix ser issib wens jew għajnuna. Karwata tfisser kutra.
Qabel ma tara d-dar saqsi għall-ġar.
Kun trankwill f’darek skont kemm iħalluk il-ġirien.
Tiegħi titkellem u tal-ġara mank issellem.
Tagħmel il-pjaċiri u taqdi lil kulħadd, iżda malli tiġi bżonn inti ħadd ma jkun lest ipattilek tal-pjaċiri.
kategorija
il-ġirien
Aħjar għajrek minn dellek.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.