Ħadd ħliefek ma jkun jaf eżatt x'qed tħoss meta tkun marid, u jekk tkunx qed tfiq.
Qwiel relatati
Jekk ikun baqa’ żejt fil-lampa, jerġa’ l-marid.
Min ikun marid ifiq jekk ikun għad fadallu x'jgħix, bħal-lampa li tkompli ddawwal dment li jkun għad hemm iż-żejt fiha.
Il-mard jidħol bl-irtal u joħroġ bl-uqija.
Il-mard jiġi meta ma tkunx qed tistennieh u jdum biex jgħaddi. "Irtal" (pl.ta' ratal) u "uqija" huma kejl tal-użin, fejn uqija hija 1⁄30 ta' ratal.
Il-bassas is-sogħla jonqsu.
Min ikun marid ikun diġà dgħajjef ħafna u bħal xejn jirkadi jew imur għall-agħar.
Il-qawmien kmieni tajjeb għas-saħħa.
Li torqod biżżejjed u tqum kmieni tajjeb għal saħħtek.
Ir-roqgħa u d-duwa fil-waqt tajbin.
Għandek traqqa' biċċa ħwejjeġ u tieħu l-mediċina fil-pront, għax wara jkun tard wisq.
