Wara l-Milied, dari min ma kellux flus kien ibati ħafna minħabba t-temp xitwi. Buq huwa trumbetta.
Kategorija: Diċembru
Meta l-Milied taħt il-bejt, l-Għid fuq il-bejt.
Meta jagħmel temp ikrah fil-Milied, fl-Għid ipattilu u jagħmel bnazzi.
Meta jasal il-Milied l-omm timla l-platt bil-ftiet u l-missier iqabbad iż-żnied.
Dari l-omm kienet tieħu ħsieb issajjar ikla tajba f’jum il-Milied u l-missier kien jieħu pjaċir jirrilassa bil-pipa (= iż-żnied).
La jasal il-Milied erfa’ xkubettietek fuq l-ixkaffa tal-bieb.
Il-kaċċa tkun spiċċat sa żmien il-Milied.
La jasal il-Milied erfa’ xkubbettietek fuq il-farxa tal-bieb.
Il-kaċċa tkun spiċċat sa żmien il-Milied.
L-aħjar annata tal-patata meta sa San Nikola tkun fl-ixkora.
Biex il-bidwi jirnexxi, il-patata trid tkun waslet sal-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru. San Nikola jiġi fis-6 ta’ Diċembru.
L-aħħar tas-sena lil kulħadd jalla ġid u hena.
Fl-aħħar tas-sena nawguraw lil kulħadd ġid u hena għas-sena li jmiss.
Jekk tagħmel ix-xita f’Santa Bibjana, iddum tagħmel xita erbgħin ġurnata.
Jekk lejn il-bidu ta’ Diċembru tagħmel ix-xita, din tibqa’ tagħmel għal erbgħin jum. Santa Bibjana tiġi fit-2 ta’ Diċembru.
Il-qastanija tajba u x-xemx dejjem mgħajba.
F’Diċembru x-xemx titgħatta bis-sħab (= mgħajba) u ma ssaħħanx daqstant.
Il-Milied nofs il-ħobż, l-Għid nofs l-inbid.
Għall-ħabta ta’ Diċembru, xi prodotti tar-raba’ jkunu fl-aqwa tagħhom u għall-ħabta tal-Għid id-dwieli.
Il-Milied iġib il-ħelu.
Fil-Milied ikollna diversi tipi ta’ ħelu, bħall-kejk tal-Milied, il-pudina, eċċ.
Il-Milied bil-kappell, l-Għid bil-mantar, in-nies tiekol tajjeb u l-bhejjem tixtarr aħjar.
Meta fil-Milied tagħmel is-sħana u fl-Għid tagħmel il-kesħa, għid li għall-biedja se tkun sena tajba.
Għal Santa Luċija l-jum jagħmel pass ta’ tarbija.
Lejn nofs Diċembru l-ġurnata terġa’ tibda titwal bil-mod il-mod. Santa Luċija tiġi fit-13 ta’ Diċembru.
Bejn il-Qala u l-Milied erfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied.
Bejn il-festa tal-Kunċizzjoni tal-Qala u jum il-Milied, m’għandhiex titħalla għodda fir-raba’.
F’San Silvestru ġedded il-kappestru.
Fl-aħħar ġurnata tas-sena għandek taħseb fir-riżoluzzjonijiet li tkun se tagħmel għas-sena ta’ wara. San Silvestru jiġi fil-31 ta’ Diċembru.
F’Santa Luċija l-jiem jitwalu b’pass ta’ tarbija.
Lejn nofs Diċembru l-ġurnata terġa’ tibda titwal bil-mod il-mod. Santa Luċija tiġi fit-13 ta’ Diċembru.
F’Santa Luċija jibdew l-irwiegel.
F’Santa Luċija l-bdiewa joqogħdu attenti għall-irwiegel. Santa Luċija tiġi fit-13 ta’ Diċembru.
Santa Barbara la deni u lanqas ħsara.
Santa Barbara teħlisna mir-ragħad u s-sajjetti. Santa Barbara tiġi fl-4 ta’ Diċembru.
F’Santa Katrini l-Milied jibqagħlu xahar ġentili.
Xahar ikun għad fadal mill-festa ta’ Santa Katerina sal-Milied. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
Konz ta’ Settembru jgħabbi bil-gziez, konz ta’ Diċembru hu wisq bil-qies.
Jinqabdu ħafna iżjed lampuki f’Settembru milli f’Diċembru.
F’Diċembru jkissru u jxellfu qabel iċemplu.
Il-bdiewa jieħdu ħsieb iż-żebbuġ f’Diċembru.
F’Diċembru fis-sala jidħol membru.
Diċembru l-aħħar membru li jingħaqad mal-membri (ix-xhur) l-oħra biex b’hekk tingħalaq is-sena.
Fil-Milied, iż-żiemel ħdejn il-ġamra jsaħħan wirkih.
Dari ż-żwiemel kien ikollhom l-istalla msaħħna. Wirkih tfisser koxxtu.
Fil-Milied nieklu tliet darbiet.
Dari kienu jsumu lejliet il-Milied, u b’hekk l-għada kulħadd kien ipattilu bil-kbir.
F’San Martin inkissru l-lewż, fil-Milied naqsmuh.
F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba.
Fil-Milied il-lewż naqsmuh mal-bews.
F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba.
Konz ta’ Settembru jgħabbi bil-gziez, konz ta’ Diċembru hu wisq bil-qies.
Jinqabdu ħafna iżjed lampuki f’Settembru milli f’Diċembru.