Din hi l-għarusa; jekk togħġbok aqbadha u jekk ma togħġbokx ħallini nraqqadha.Meta ma jkollokx għażla, jew tieħu li hemm jew ibqa' b'xejn.
Li kieku s-sbieħ jiżżewġu kollha, fuq il-koroh taqa’ l-folla.Imbilli tkun fiżikament attraenti ma jfissirx li se togħġob lil kulħadd.
Għal par għajnejn koroh hawn par għajnejn boloh.Kulħadd isib l-imħabba, anke min forsi mhux daqshekk sabiħ fiżikament.
Iż-żwieġ dulliegħa.Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal meta ma tkunx taf kemm hi tajba dulliegħa qabel taqsamha.
Meta żżewwiġt bdielek, meta bqajt għażeb il-qamel kielek.Ħadd mhu kutent bl-għażliet tiegħu; dawk li żżewġu ddispjaċiehom, u anke dawk li ma żżewġux. Għażeb huwa raġel mhux miżżewweġ.
Min jitlef martu bil-ħaqq ma ssibux kuntent.Id-divorzju u s-separazzjoni jġibu magħhom ħafna dwejjaq.