Bniedem ħażin jipprova jagħtik x’tifhem li nbidel, iżda fil-fond ta’ qalbu ħażin jibqa’.
kategorija
l-onestà
Fiż-żwieġ tfittixx is-sorra, fittex xebba fqira u ħorra.
Fiż-żwieġ għandek tfittex l-onestà mhux il-flus. Is-sorra tfisser il-flus u ħorra tfisser onesta.
Mhux dik li tikxef id-dublett biss tissejjaħ qaħba.
In-nies diżonesti kullimkien issibhom, anke min mingħalik mhux t’hekk.
Aħjar ikollok mitt għadu li taf bih minn ħabib falz.
Mal-għadu tiegħek taf fejn inti imma mal-ħbieb ipokriti le.
Aħjar taf b’mitt għadu minn b’ħabib qarrieq.
L-għedewwa tiegħek taf min huma, iżda qatt ma tista’ tkun taf meta l-ħbieb għad jittraduk.
Bniedem mingħajr onestà mżeblaħ.
Dak li ma jkunx onest ma jkollu r-rispett ta’ ħadd.
Bniedem tal-ġieħ miġjub minn kulħadd.
Bniedem onest ikollu r-rispett ta’ kulħadd.
Dak li jkun fil-qalb ikun fil-wiċċ.
Dak li jkun hemm f’qalb il-bniedem ikun rifless f’wiċċu.
Daqqa fuq għonq b’żewġt uċuħ tarmi żewġt irjus.
Min hu wiċċ b’ieħor xi darba jew oħra tasal tiegħu wkoll.
Ħadd m’għandu suf f’qiegħ idu.
L-integrità u l-onestà saru tassew rari llum il-ġurnata.
Ibża’ minn min iżomm il-kuruna twila.
In-nies ipokriti warrbilhom. Kuruna tfisser kuruna tar-rużarju, li żżommha twila biex kulħadd jaraha.
Il-giddieb għomru qasir.
Min jigdeb ma jdumx ma jinqabad.
Il-giddieb ħalliel.
Min jasal biex jigdeb, jasal biex jisraq ukoll.
Il-giddieb irid ikollu rasu tajba.
Min jigdeb irid jiftakar dak li jkun qal biex ma jinqabadx.
Il-giddieb irid ikun egħref mill-kittieb.
Min jigdeb bil-fomm irid jagħmel skorz ikbar minn min ikun gideb bil-miktub biex jiftakar xi jkun qal u ma jinqabadx.
Il-giddieb jeħles mill-qattara u jeħel fil-miżieb.
Jekk ma tinqabadx f’gidba żgħira, żgur li tinqabad f’gidba kbira.
Il-giddieb malajr jinqabad.
Min jigdeb ma jdumx ma jinqabad.
Il-giddieb mhux emmnut.
Jekk tinqabad tigdeb, ħadd ma jibqa’ jemmnek.
Il-giddieb u ż-żibel kullimkien issibhom.
In-nies giddibin huma komuni u moqżieża daqs iż-żibel.
Il-kuruna fl-idejn tgħodd u mhux fil-but.
In-nies wiċċ b’ieħor li jilagħbuha tal-qaddisin warrbilhom. Kuruna tfisser kuruna tar-rużarju.
Illum min iqarraq u min jitqarraq.
M’għadx hawn onestà fid-dinja, kulħadd jara kif se jqarraq.
Is-sewwa m’hemmx isbaħ minnu.
Dejjem kun onest u għid il-verità.
La ħarġet minn qalbi, ħarġet minn fommi.
Kun sinċier, għidha kif tħossha.
L-għadma tiddendel għall-għajn.
Hemm min jikkumplimentak f’wiċċek imbagħad imur jgħid kontrik ma’ ħaddieħor. L-għajn tirreferi għall-għajn ħażina.
L-għadu biex fietek biesek, u int biex tfutu aqleb fuqu.
Min taf li jurik wiċċ b’ieħor, ilgħab il-logħba tiegħu u kompli miegħu. Il-verb fiet ifisser li tqarraq b’xi ħadd.
Min jobżoqha jkollu jilgħaqha.
Kulħadd huwa responsabbli ta’ dak li jgħid, veru jew mhux.
Mgħallem ħażin igerger mill-għodda.
Min ma jinqalax f’xogħlu jara fiex ser iwaħħal biex ma jidhirx ikrah.
Mhux dak biss li joħroġ jisraq billejl jissejjaħ ħalliel.
Hemm diversi modi kif tisraq, fosthom billi tbigħ jew tagħti servizz bi prezzijiet qarrieqa.
Mhux kull tbissima tislima.
Mhux kull min jitbissimlek jew jidħaqlek jixtieqlek il-ġid.
Ħobż ix-xitan ma jxabbax.
Dak kollu li tkun akkwistajt bid-diżonestà ma tgawdihx.
Mnejn toħroġ il-kelma toħroġ ir-ruħ.
Il-kliem li joħroġ mill-fomm għandu jkun veritier u onest.
Mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm.
Min hu onest ma jibżax jesprimi ruħu, għax ikun qed jgħid il-verità.
Oqgħod attent li ma jkollokx tilgħaq dak li tobżoq.

Min għandu sebgħu dritt minn xejn ma jibża’.
Min hu onest u ġust m’għandu għalfejn jibża’ minn ħadd u minn xejn.
Min iħobbok ikun irid jisolħok.
Qis li toqgħod attent minn min irid iqarraq bik billi jġiegħlek temmen li jħobbok.
Min irid iqarraq bik ħaġa b’oħra jurik żgur.
In-nies li jridu jqarrqu bik minn kollox jagħmlu biex jaslu fejn iridu.
Min jaħbi għommtu jmut biha.
Min ma jiftaħx qalbu biex jaħbi d-dwejjaq li jkollu (= għommtu), ibati ħafna.
Min jaħbi hemmu jifga f’demmu.
Min ma jiftaħx qalbu biex jaħbi d-dwejjaq li jkollu (= hemmu), ibati ħafna.
Min jgħawwed jgħawweġ.
Bil-gideb u t-tgħawwiġ tal-fatti, il-bniedem ħażin jagħmel il-ħażin u jerġa’ (= jgħawwed).
Min jgħid is-sewwa wisq drabi jidħol ġewwa.
Min jgħid il-verità jispiċċa jiġi kkastigat u saħansitra jmur il-ħabs (= jidħol ġewwa).
Min jidħaq l-aħħar jidħaq l-aħjar.
Il-verità dwar min tassew kellu raġun jew suċċess toħroġ wara li jgħaddi ż-żmien, minkejja d-diffikultajiet tal-bidu.
Min jisma’ żewġ quddisiet imut ikkalzrat.
Superstizzjoni li min jilgħabha tal-qaddis imbagħad jagħmel il-ħażin, jiġi kkastigat minn Alla u jmur il-ħabs (= ikkalzrat).
Min ma jiftaħx għajnejh, jifħuhomlu.
Min ma jarax il-verità minn jeddu, jaraha wara li xi ħadd ikun għaddieh biż-żmien.
Tagħraxnix għax nidħaq.
Qed tipprova tgħaddini biż-żmien jew tqarraq bija, imma mhux ser jirnexxilek għax indunajt bik.
Xogħol in-nutar fil-festi sħab mad-diżonesti.
Dari fil-Ħdud u l-festi kkmandati n-nutara kienu jaħdmu minkejja li suppost huwa jum ta’ mistrieħ mix-xogħol, u dan kien jitqies bħala aġir diżonest.
kategorija
l-onestà
Il-lupu jbiddel sufu u mhux għemilu.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.