Min fit-triq jiekol figolla lil żewġu jsib qalb il-folla.Dari kienu jemmnu li jekk tiekol figolla fit-triq, issib l-imħabba ta' ħajtek.
Agħti l-għanja ta’ mħabbtek qabel ma d-dinja tibda tħabbtek.Fittex l-imħabba meta tkun għadek żagħżugħ, u ma tkunx taf x’inhu l-inwkiet.
Iż-żwieġ kaxxa magħluqa.Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal kaxxa magħluqa li ma tkunx taf x'fiha.
Min iżżewweġ u reġa’ bdielu; min baqa’ ġewwa xejn ma swielu.Min iżżewweġ iddisjpaċieh u ma min ma żżewwiġx iddispjaċieh ukoll, jiġifieri fid-dinja m'hemmx kuntentizza.
Li kont nafek qatt ma daħħaltek f’darek.Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, jista' jkun li wara kollox iddejqek il-persuna li tkun iżżewwiġt.