Napprezzaw lil dak ir-raġel li jiżżewweġ (= jieħu) lil ommna armla u jsir missierna tar-rispett (= għammna), għax jgħinna fil-flus. Dari n-nisa romol kienu jbatu ħafna meta jormlu.
Qwiel relatati
Fuq il-binnija jidden is-serduq.
Il-kumdità u s-serħan ta' darek ma ssibhom imkien iżjed. Il-binnija hija bejta tat-tiġieġa.
Id-dar taħbi l-għawar.
Il-ħażin li jiġri d-dar tmurx tgħidu lil ħaddieħor. Għawar tfisser difetti.
Il-musrana barranija fiż-żaqq tidħol milwija.
Ta' ġewwa juruk iżjed rispett mill-barranin.
Ħadd ma jara isbaħ minn uliedu.
Il-ġenituri dejjem jaħsbu li wliedhom huma aħjar minn ta' ħaddieħor.
Il-fula bint il-miżwed u r-razza tiġbed.
L-ulied dejjem joħorġu jixbhu lill-ġenituri tagħhom, kemm mid-dehra kif ukoll mill-karattru.
