Il-musbieħ ġewwa l-imnara u l-għarusa ġewwa darha.Wara li tiżżewweġ, mara għandha tmur toqgħod ma' żewġha mhux tibqa' d-dar t'ommha u missierha.
L-imħabba bla dawl, il-mogħdrija bir-raġġi.Bniedem li tħobbu jagħmel kollox tajjeb, bniedem li tobogħdu jagħmel kollox ħażin.
Min jiżżewweġ u ma jibdilux, hemm mitt skud fil-bieb tal-Imdina mħejjija għalih biex imur għalihom.Fiż-żwieġ dejjem jasal punt fejn dak li jkun jistaqsi lilu nnifsu għamilx id-deċiżjoni t-tajba.
Min jagħmel daru fi xjuħitu jħalli lħitu.Meta jiżżewweġ kbir ikollu iżjed problemi fiż-żwieġ, probabbilment għax ikollu iżjed esperjenza tal-ħajja.