Aħrat l-għelieqi tiegħek sa Ottubru (= ix-xahar tar-Rużarju) biex ikollok x'taħsad meta jasal iż-żmien.
Fix-xahar tar-rużarju aħrat u tenni biex meta taħsad ikollok biex tgħanni.
F’Ottubru l-bidwi jagħmel sew li jaħrat kemm jiflaħ il-ħamrija, biex meta jiġi biex jaħsad ikun kuntent.
Kategoriji: il-biedja | il-flus | ir-reliġjon | ix-xhur | Ottubru
Qwiel relatati
Lampuka mixwija tfakkrek fl-ikla xitwija.
Ottubru huwa l-istaġun tal-lampuki, u r-riħa tfuħ tal-lampuki mixwija tfakkarna li deħlin fil-ħarifa u x-xitwa.
Il-bigilla saret u l-wiċċ tal-għalqa ħdaret.
Dari l-bigilla kienet tibda tinbiegħ għall-ħabta ta' Ottubru, u f'dan il-perjodu tkun bdiet sew is-sena tal-biedja.
F’Ottubru l-għeneb ġewwa t-tubru jitħassar u jmut.
L-għeneb kollu jitħassar minn Ottubru ʼl hemm.
