Lejn l-aħħar ta’ Novembru ż-żerriegħa tkun inżergħet kollha u ħafna mill-ikel li jkun maħżun (il-muna) ikun diġà wasal biex jispiċċa. Sant’Andrija jiġi fit-30 ta’ Novembru.
L-ewwel karità ma’ lħitek, jgħid San Pawl.
Aħseb f'ħaddieħor, mhux fik innifsek biss. (I)lħitek tirreferi għal geddumek.
Kategoriji: il-karattru | il-qaddisin | ir-reliġjon
Qwiel relatati
F’San Silvestru ġedded il-kappestru.
Fl-aħħar ġurnata tas-sena għandek taħseb fir-riżoluzzjonijiet li tkun se tagħmel għas-sena ta’ wara. San Silvestru jiġi fil-31 ta’ Diċembru.
Għal San Anard iżra’ f’kull art.
Fi żmien San Anard qis li tiżra' kull fejn tista'. San Anard jiġi fis-6 ta' Novembru.
F’San Ġwann tidħol l-għassa.
F’San Ġwann tispiċċa r-rebbiegħa u jibda s-sajf. San Ġwann jiġi fl-24 ta’ Ġunju.
F’San Xmun iżra’ fin-niexef u fil-miblul.
Iż-żara’ għandha ssir sal-aħħar ta’ Ottubru, f’kull tip ta’ ħamrija. San Xmun jiġi fit-28 ta’ Ottubru.
Is-sajf ta’ San Martin, il-biedja tifraħ bih.
It-temp sabiħ f’Novembru jagħmel tajjeb għall-biedja.
